Conte jiltaqa' mal-partiti kollha; Salvini mhux se jattendi

Conte qed jiltaqa' mal-partiti kollha qabel imur lura għand il-President bil-lista tal-Ministri

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, se jkompli bil-konsultazzjonijiet tiegħu qabel ma jmur lura għand il-President Giuseppe Conte bil-lista tal-ministri.

Għall-kuntrarju ta’ dak li seħħ 14-il xahar ilu, Conte mistenni jħalli aktar il-marka tiegħu fuq dan il-Gvern ta' koalizzjoni bejn il-Movimento Cinque Stelle u l-Partit Demokratiku, b’mod partikolari fil-ħatra tal-ministri.

Tul dawn il-jiem, il-Prim Ministru Conte qed jiltaqa’ mal-gruppi politiċi kollha li jiffurmaw il-Gvern Taljan.

Illum mistenni jiltaqa’ mal-Partit Demokratiku, Fratelli d’Italia, il-Movimento Cinque Stelle u anke l-Lega, anke jekk Salvini mhux se jkun qed jattendi biex jirrappreżenta lill-partit tiegħu.

Giorgia Meloni, il-Kap ta’ Fratelli d’Italia lanqas mhu se tkun qed tattendi.

Kemm Salvini u anke Meloni ħabbru protesti kontra l-Gvern.

Dik ta’ Salvini, li issa spiċċa ‘l barra mill-Gvern, se ssir nhar id-19 ta’ Ottubru f’Ruma.

More in Barranin