Filmat | 'Kemm indum Ministru jiena ma jidħol ħadd bla permess, jeħduhom Malta ...'

Id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini jiftaħar illi r-ras iebsa li jakkużawh biha, 'qed tħalli l-frott' 

Matteo Salvini u ħdejh Luigi Di Maio
Matteo Salvini u ħdejh Luigi Di Maio

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern uxxenti Taljan Matteo Salvini, ftaħar bil-politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni u semma l-iżbark f'Malta ta' 356 immigrant li kienu fuq l-Ocean Viking. 

Waqt filmat li ttella' fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook huwa ftaħar li l-politika tiegħu illi jagħlaq il-portijiet qed tħalli r-riżultati. "Ir-ras iebsa u l-pożizzjoni soda tagħna qed iħallu r-riżultati," ftaħar Salvini. 

Bla kantunieri huwa wiegħed bis-saħħa illi "kemm indum Ministru tal-Intern jien ... ħadd ma jidħol mingħajr permess fl-Italja." 

"Jekk iridu jeħduhom Malta u jiddistribwuhom huma," tenna Salvini. 

More in Barranin