Aħbarijiet | 28 ta’ Frar 2010 • Nr 175
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Madwar 11-il xahar ilu l-Gvern offra li jagħti kumpens lill-familja ta’ Karin Grech, it-tfajla ta’ 15-il sena li nqatlet b’ittra bomba fit-28 ta’ Diċembru 1977.
L-offerta saret barra mill-Qorti b’tentattiv li jintlaħaq ftehim fuq dan il-każ li fl-2007 spiċċa quddiem il-Qorti wara li l-Prim Ministru kompletament injora ittri li fihom il-familja Grech talbet li tingħata kumpens għall-qtil ta’ binthom.
Din il-gazzetta tista’ tiżvela li barra mill-Qrati, matul is-sena li għaddiet, il-Gvern informa lill-familja Grech li kien lest li jagħtiha somma flus b’kumpens għal dan id-delitt. B’kollox il-familja kellha żmien xahar ċans biex taċċetta din is-somma.
Iżda Illum tinsab infurmata li din l-offerta qatt ma ntlaqgħet għaliex il-Professur Edwin Grech missier il-vittma, martu Pearl u binhom Kevin, qed jiddeskrivu din is-somma bħala ferm inqas minn dik li ngħatat f’delitti oħra.
Anke jekk mhux qed jissemmew ċifri, Illum tinsab infurmata li l-kumpens li kien lest li joffri l-Gvern għall-qtil ta’ Karin Grech hu ferm inqas minn dak offrut fid-delitt ta’ Nardu Debono li fl-1980 inqatel fid-Depot tal-Pulizija.
Ftit biss qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2003, qraba ta’ Debono rċevew kumpens finanzjarju ta’ Lm150,000.
F’Settembru 2007 il-Gvern kien ikkonferma ma’ Illum li talba simili għal kumpens saret mill-familja ta’ Raymond Caruana, preċiżament tliet xhur wara li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rċieva t-talba tal-familja ta’ Karin Grech.
Caruana nqatel fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja fil-5 ta’ Diċembru 1986.
Fost il-każi li ngħataw kumpens
http://www.illum.com.mt/2007/09/02/t2.html