Aħbarijiet | 28 ta’ Frar 2010 • Nr 175
Naqra dwar kollox... Kamra tal-banju mingħajr mikrobi Meta nnaddfu l-kamra tal-banju ħafna drabi l-attenzjoni tkun fuq it-toilet. Imma hemm ħafna rkejjen oħra li jġorru magħhom ħafna mikrobi. Lest għall-eżami? 1 Naddaf is-sink sew 2. Naddaf id-drains tax-shower Kull tliet ġimgħat naddaf ix-shower heads. Hemm tendenza li fihom jinġema ħmieġ, moffa u batterja. 3. Agħlaq is-seat tat-toilet Kemm-il darba argumentajt ma’ xi ħadd fuq il-post tax-xogħol jew fid-dar dwar jekk is-seat tat-toilet għandux jinżamm mgħolli jew magħluq? 4. Purtieri tax-shower Naddaf il-purtiera tax-shower b’mod regolari. Meta taħsilha uża żewġ partijiet ħall ma’ waħda ilma. Biddel il-purtiera tax-shower darba kull 6 xhur. Purtieri tal-plastik jew tad-drapp jiġbru magħhom moffa u mikrobi. 5. Dendel ix-xugamani Wara li tixxotta, twaddabx ix-xugamani gorboġ fuq xulxin. Dendel ix-xugamani u iftaħhom ħalli jinxfu aktar malajr. Il-mikrobi jħobbu l-umdità u postijiet mudlama. 6. Fejn inżommu s-sapuna Il-kontenitur fejn inpoġġu s-sapuna jista’ joħloq festa ta’ mikrobi jekk ma jitbattalx mill-ilma żejjed li jinżel mis-sapun. 7. L-ixkupilja tas-snien Meta se tippjana t-tfassil tal-kamra tal-banju ara li l-ixkupilji tas-snien ikollhom post tajjeb.
|
Intervista
|
Email: Illum Search Custom Search
Features
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan