Aħbarijiet | 28 ta’ Frar 2010 • Nr 175
Kemm-il kilogramma ta’ mbarazz irċevejt fil-kaxxa tal-ittri? Żewġ familji qagħdu għall-eżerċizzju li għamlet din il-gazzetta fuq medda ta’ xahrejn. JULIA FARRUGIA talbithom jaqbdu miżien u fuqu jitfgħu l-karti u fuljetti kollha li se jirċievu fil-kaxxi tal-ittri. Il-mistoqsija li staqsiethom kienet din: “Fid-59 ġurnata li ġejjin*, kemm-il-kilogramma ta’ fuljetti u rivisti se tirċievi bla ma tlabthom jew bla ma kellek bżonnhom?” Timxi fit-triq u ssib analiżi ħelwa. Kaxxi tal-ittri mbullati sa ruħ ommhom b’karti se jtiru u ma jtirux. F’qalbek tista’ mill-ewwel tikkonkludi li din waħda mid-djar vittmi tal-assedju ta’ imbarazz li jsib ruħu fil-kaxxa tal-ittri mingħajr ma tkun tlabtu jew wisq aktar għandek bżonnu. *L-eżerċizzju tal-gazzetta Illum sar bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u lbieraħ 27 ta’ Frar. X’sibna f’dan l-eżerċizzju • Medja ta’ 1kg u 400gr imbarazz miġbur minn kull familja f’59 ġurnata. • Kuljum ifisser medja ta’ 24gr ta’ karti li se jinħlew. • F’ġimgħa familja rċeviet medja ta’ 166gr ta’ karti. • Il-materjal kien jinkludi fuljetti ta’ nies jirreklamaw servizz fosthom li jgħallmu l-privat, fuljetti ta’ kumpaniji li jridu jbigħu xi prodott, rivisti li jippromwovu l-bejgħ u kiri ta’ djar, supermarkets jirreklamaw il-prodotti li huma bl-offerti u fuljetti tal-parroċċa. Magħhom żdiedu rivisti ġodda ta’ kull xahar li dan l-aħħar faqqsu fis-suq. F’xahrejn il-pustiera qassmu 269 tunellata ta’ imbarazz madwar Malta Skont iċ-ċensiment tal-2005 f’Malta u f’Għawdex hawn total ta’ 192,314 dar. Jekk nieħdu l-medja ta’ dan l-eżerċizzju jfisser li f’Jannar u Frar ifisser li: • F’xahrejn = 269,239 kilogramma ta’ skart Darba l-Gvern kien ippropona taxxa fuq dan l-iskart imma reġa’ darlu Fil-baġit tal-2009 il-Gvern kien ippropona li għal kull 80 gramma ta’ karta li titqassam b’xejn bieb bieb l-individwu jeħel €0.01 taxxa dment li aktar minn nofs il-kontenut tal-pubblikazzjoni hu reklamar.
|
Intervista
|
Email: Illum Search Custom Search
Features
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan