Ittri | 28 ta’ Frar 2010 • Nr 175
Charles Saliba
Segretarju – Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan
Jesmond Aquilina
Segretarju – Għaqda tan-Nar San Sebastjan
Marlon Barbara
Segretarju – Għaqda tal-Armar San Sebastjan
Jasper Azzopardi
Segretarju Kummissjoni Żgħażagh Bastjaniżi
Elaine Schembri
Segretarja – Radju Bastjaniżi FM
L-Għaqdiet organizzaturi tal-Festa fil-Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi jixtiequ jirringrazzjaw lil kulħadd għas-sogħba, support u għajnuna li ntwerew f’dawn l-aħħar jiem meta l-parroċċa tagħna tilfet tnejn minn uliedha, Damian Agius u Alfred Stellini, fid-diżgrazzja li seħħet fil-Kamra tan-Nar San Sebastjan nhar it-Tnejn 22 ta’ Frar 2010.
Ir-ringrazzjamenti tagħna jmorru b’mod speċjali lejn l-ogħla Awtoritajiet Ċivili: il-President ta’ Malta George Abela, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, Monsinjur Arċisqof Paul Cremona, lill-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, u lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. Ringrazzjament ukoll imur lejn il-membri tal-Protezzjoni Ċivili, il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta u lit-tim mediku għax-xogħol bla heda tagħhom fuq il-post tat-traġedja.
Fl-aħħarnett nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-Kappillan u l-Kleru u tal-parroċċa flimkien ma’ numru sabiħ ta’ saċerdoti oħra li kkonċelebraw waqt il-quddiesa u lil dawk kollha li l-Erbgħa 24 ta’ Frar għoġobhom jingħaqdu magħna biex flimkien nagħtu l-aħħar tislima lil dawn sħabna, fosthom l-għaqdiet tal-Parrocca San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi, għadd ta’ Soċjetajiet tal-Baned u Għaqdiet tan-Nar minn madwar Malta kollha.
Apprezzajna ħafna s-solidarjetà tagħkom f’dawn il-mumenti daqstant diffiċli għalina u għall-familji tal-vittmi.