MediaToday

Ittri | 28 ta’ Frar 2010 • Nr 175

Bookmark and Share

APPREZZAMENT

George Bonello DuPuis

Missier, nutar, ministru, sportiv u Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit

RAYMOND C. XERRI
Il-Qala

Kelli x-xorti u l-privileġġ li nservi lill-pajjiżi bħala diplomatiku fil-Kummissjoni Għolja Maltija fir-Renju Unit għal erba’ snin sħaħ bejn l-2001 u l-2005. Fl-ewwel tliet snin u nofs tat-terminu kelli x-xorti u privileġġ akbar li jkolli l-personalità ta’ George Bonello DuPuis bħala superjor tiegħi fil-kapaċità ta’ Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit.
Missier, nutar, politiku u finalment diplomatiku, il-Kummissarju Għoli Bonello DuPuis kien il-katalista biex għaqqad lill-Maltin u l-Għawdxin fir-Renju Unit u kien il-fundatur tal-avveniment popolari, il-Malta Day UK, organizzata fl-Londra.
Kont għadni kif wasalt Londra u għajjatli fl-uffiċċju tiegħu u qalli, “Int ghandek l-esperjenza tal-emigranti Maltin u Għawdxin fl-Awstralja, fl-Istati Uniti u fil-Kanada. Issa rridek tagħmel suċċess bl-organizzazzjoni tal-Malta Day UK bl-emigranti Maltin u Għawdxin f’dan il-pajjiż.”
Niftakar qisu l-bieraħ, għidtlu minn qalbi, “jien qiegħed hawn għas-servizz tiegħek, ta’ pajjiżi u l-poplu tagħna fir-Renju Unit ... dak li tixtieq, iseħħ.” Minn dak inhar ’l hemm ma ħarisniex lura u flimkien mal-Kumitat Organizzattiv tal-Malta Day UK ħloqna avveniment li ġibed eluf ta’ Maltin u Għawdxin mhux biss minn madwar ir-Renju Unit kollu iżda anke mill-kontinent Ewropew.
Huwa ried li fil-festa tal-Vittorja l-Maltin fir-Renju Unit jiltaqgħu biex ifakkru l-Istorja glorjuża ta’ pajjiżna. Irnexxielu. L-emigranti Maltin fir-Renju Unit għadhom grati sal-lum u għadhom jiċċelebraw il-Malta Day UK kull sena bl-istess pompa u għaqda. L-unika festa Maltija barra xtutna fil-kontinent Ewropew.
Bonello DuPuis kien raġel tal-kelma, intelliġenti, umli u jinżel għal-livell ta’ kulħadd, prattiku ħafna, enerġetiku, altruist, onest u integru, ta’ prinċipji ċari daqs il-kristall, ċajtier u soċjevoli ħafna, maħbub minn kulħadd, nazzjonalist ta’ veru li ħabb lil pajjiżu, espert fil-lingwa Ingliża u sapporter tal-Arsenal. Kien espert kif jaħdem f’tim u, fuq kollox għalija, minjiera ta’ esperjenza. Kien espert f’ħafna oqsma u f’dawn it-tliet snin u nofs tgħallimt ħafna mingħandu.
Grazzi High Commissioner. Hekk bqajt insejjaħlek anke wara li temmejna l-kariga u nibqa’ sal-aħħar. Int tibqa’ mfakkar bħala raġel ġgant fil-karattru b’dak li tajt lili u lil sħabi bl-eżempju u d-direzzjoni, lill-emigranti ħutna fir-Renju Unit u lill-pajjiżna fil-qasam ekonomiku, politiku u sportiv.

O Mulej, agħtih il-Mistrieħ ta’ dejjem.

 

 

Intervista
Quddiem eżami ferm akbar … tgħid jirnexxi?

Il-Ministru tas-Saħħa l-ġdid sfidat fuq il-kritika li qala’ mingħand sħabu stess




Terremot fuq il-Fosos



L-effett ta’ ekonomija żbaljata



Elena ta’ Trojja


Il-Punt - Marie-Louise Coleiro-Preca
Il-Greċja u Malta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan