MediaToday

Ittri | 28 ta’ Frar 2010 • Nr 175

Bookmark and Share

Ħbit bħal tal-gwerra fuq iż-żwieġ

J.Bonett Balzan
Balluta

Naħseb li ma tkunx esaġerazzjoni li naslu għall-konklużjoni liż-żwieġ u l-familja ta’ koppja ta’ raġel u mara magħqudin sal-mewt jinsabu taħt ħbit qalil bħalma l-gżejjer tagħna sofrew fl-aħħar gwerra dinjija.
Il-ħbit hu sew frontali b’dikjarazzjonijiet favur li l-familja tiġi snaturalizzata. Hemm ukoll ħbit u attakki oħra daqstant qerrieda bl-iskandli fuq il-media, fi stejjer, f’kotba u f’kitbiet, rivisti, kanzunetti, eċċ. Dwar dawn tajjeb li nkunu mwissija ripetutament kif niġu mill-mexxej spiritwali tagħna.
It-Tieni Gwerra Dinjija ma waslitx biex il-gżejjer tagħna jċedu u jeħtieġ li aħna wkoll inkunu qalbiena u ma nħallux l-attakki moderni jegħlbuna, sew dawk li jiġu minn barra kif ukoll dawk li jiġu minn qribna.
Il-ħarsien taż-żwieġ u l-familja huma prijorità sew għal dawk li jemmnu kif ukoll għal tant oħrajn ta’ rieda tajba li jaraw fihom il-ġid li ma jitqisx, sew għall-individwi kif ukoll għas-soċjetà. Anke wħud minn dawk li mhux dejjem għamlu pass tajjeb jew li ġew imqarrqa, uħud minnhom ukoll jaqblu li ż-żwieġ li ma jinħallx u l-familja għandhom ikunu mħarsa mill-firda sanzjonata mil-Liġi bħal barra li tagħti għata finta lil relazzjonijiet ġodda ta’ taparsi t-tieni jew it-tielet żwieġ.

 

 

Intervista
Quddiem eżami ferm akbar … tgħid jirnexxi?

Il-Ministru tas-Saħħa l-ġdid sfidat fuq il-kritika li qala’ mingħand sħabu stess




Terremot fuq il-Fosos



L-effett ta’ ekonomija żbaljata



Elena ta’ Trojja


Il-Punt - Marie-Louise Coleiro-Preca
Il-Greċja u Malta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan