MediaToday

Aħbarijiet | 31 ta’ Jannar 2010 Nr 171

Bookmark and Share

Louis Galea se jispiċċa minn Speaker

Tard il-lejl li għadda l-Gvern ħabbar permezz ta’ stqarrija li Louis Galea se jkun nominat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Louis Galea se jieħu post l-eks Ministru Nazzjonalista
tal-Industrija Josef Bonnici li serva f’din il-kariga f’dawn l-aħħar ħames snin.
Dan ifisser li Galea mhux se jibqa’ Speaker tal-Kamra tad-Deputati u awtomatikament fir-reshuffle li se jagħmel ftit tal-ġimgħat oħra, Lawrence Gonzi se jkollu lok fejn jagħmel aktar manuvri biex jikkuntenta membri parlamentari li sa issa m’għandhom l-ebda kariga Ministerjali.
B’dan ix-xenarju l-ġdid, wieħed mid-Deputati Nazzjonalisti jrid jilħaq Speaker. Imbagħad hemm il-bye-election li permezz tagħha jimtela s-siġġu battal li se jħalli John Dalli f’nofs ix-xahar id-dieħel hekk kif jinħatar Kummissarju Ewropew.
Biċ-ċaqlieqa ta’ Louis Galea minn Malta jfisser li dan mhux se jkollu t-tentazzjoni li jitfa’ ismu għall-bye-election. Kandidati
Nazzjonalisti bħal Robert Musumeci li jidhru interessati f’din l-elezzjoni mhux se jsibu kompetizzjoni ħarxa bħalma kieku kienu jsibu f’każ li Galea jidħol mill-ġdid fit-tellieqa.
Din l-aħħar mossa ta’ Lawrence Gonzi tfisser ukoll li ż-żewġ
kontestanti rivali tiegħu għall-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista, John Dalli u Louis Galea se jkunu temmew l-impenn politiku tagħhom f’Malta b’karigi ġodda barra l-pajjiż.

 



Vista fis-Sinagoga



President għal kulħadd



Il-qasba u l-pixkerija


Il-Punt - Micahel Camilleri
Direttiva industrijali negattiva

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan