MediaToday

Aħbarijiet | 31 ta’ Jannar 2010 Nr 171

Bookmark and Share

Tama li Gonzi jwettaq wegħda elettorali numru 296

Julia Farrugia

Illum tista’ tiżvela li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi intervjena personalment fil-kwistjoni tal-Karnival u talab biex nhar it-Tlieta li ġej jiltaqa’ f’Kastilja mal-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival ta’ Malta.
Din il-ġimgħa l-ħaddiema li jibnu l-karrijiet irċevew notifika biex sa Frar jiżgumbraw il-postijiet fejn jaħdmu. In-notifika kienet iffirmata minn Alan Camilleri, Chairman tal-Malta Industrial Parks.
L-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival ta’ Malta akkużat lill-Gvern u lil Malta Industrial Parks li jridu jeqirdu parti mill-kultura Maltija. Dan għax jekk il-parteċipanti se jevakwaw minn fejn qegħdin mhux se jkollhom post adegwat minn fejn jaħdmu.
Ftit ġimgħat biss wara l-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet il-Partit Nazzjonalista kien reġa’ wiegħed li jagħti għajnuna lill-parteċipanti tal-Karnival.
Saħansitra fil-programm elettorali tiegħu l-PN, f’wegħda numru 296, kien wiegħed hekk: “Jinbena l-Villaġġ tal-Karnival, inkluż mużew permanenti li jservi biex nimplimentaw programm ġenerali għat-tisħiħ tal-arti u s-snajja’ etniċi.”
Sal-lum din il-wegħda għadha ma twettiqtx.

 

 



Vista fis-Sinagoga



President għal kulħadd



Il-qasba u l-pixkerija


Il-Punt - Micahel Camilleri
Direttiva industrijali negattiva

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan