MediaToday

Pjazzetta | 31 ta’ Jannar 2010 Nr 171

Bookmark and Share

Spettaklu ta’ Arti Teatrali Ċiniża

Fid-9 ta’ Frar Dar il-Mediterran għall-Konferenzi b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż se jippreżentaw spettaklu mill-isbaħ ta’ arti teatrali Ċiniża bħala parti mill-Valletta Chinese Spring Festival 2010 li llum daħal fir-raba’ sena tiegħu u sar popolari mal-pubbliku Malti.
Il-progamm hu mżewwaq b’wirjiet spettakolari li jinkludu arti marzjali, akrobazija, mużika fuq strumenti tradizzjonali Ċiniżi, maġija u żfin bi stil orjentali.
Fost l-aktar wirjiet mistennija hemm dik akrobatika magħrufa bħala ‘Balancing on Single Hand’ li rebħet il-Golden Award fl-International Juvenile Art Festival fl-Italja. Barra minn hekk il-pubbliku se jgawdi wkoll minn stunts eċċezzjonali ta’ arti marzjali Ċiniża u Kung Fu li jiffukaw bi sħiħ fuq is-saħħa mentali li kapaċi jkollu l-bniedem.
Il-biljetti jibdew minn €15 u jinkisbu mill-uffiċċju ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fuq 25595750, 25595751 jew
bookings@mcc.com.mt.

 



Vista fis-Sinagoga



President għal kulħadd



Il-qasba u l-pixkerija


Il-Punt - Micahel Camilleri
Direttiva industrijali negattiva

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan