MediaToday

Ittri | 31 ta’ Jannar 2010 Nr 171

Bookmark and Share

Tgħid koppi?

Charles Cirillo,
Il-Ħamrun

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Jannar qomt filgħodu u għal mument ħsibt li konna għadna fl-eqqel tas-sajf. Le, mhux minħabba s-sħana partikolari iżda peress li għal ħabta tat-8.00am reġgħu ġew sparati murtali qawwija x’imkien qrib pajjiżi.
Fl-istess ġurnata filgħaxija, bejn it-8.00pm u d-8.45pm, erġajna rqadna bil-banda però din id-darba l-bombi kienu aktar numerużi minn ta’ filgħodu.
Jekk dan hu preludju u awgurju ta’ kif suppost se nirrestawraw il-festi, nista’ ngħid bla tlaqliq li għas-sajf li ġej se nerġgħu koppi. In-nar ma jdejjaqnix iżda dawk il-murtali qawwija iva.
Issa ż-żmien li nuru d-diżapprovazzjoni tagħna biex l-awtoritajiet responsabbli jibdew jaġixxu bis-serjetà Is-sajf li ġej ikun tard wisq.

 

 



Vista fis-Sinagoga



President għal kulħadd



Il-qasba u l-pixkerija


Il-Punt - Micahel Camilleri
Direttiva industrijali negattiva

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan