MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Jannar 2010 Nr 168

Bookmark and Share

Is-smigħ tal-Kummissarji fil-PE imblukkat mill-unions

Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt

L-unions tal-impjegati tal-Parlament Ewropew qed jippjanaw li jimblukkaw is-smigħ tas-26 kummissarju nominat meta dawn jibdew jinstemgħu minn għada.
Is-sitt Unions li jirrappreżentaw lill-impjegati li jaħdmu fil-PE hu mifhum li qablu waqt laqgħa li saret nhar l-Erbgħa biex jorganizzaw dimostrazzjoni għada wara nofsinhar biex iżommu s-smigħ tal-Kummissarji nominati li huma skedati għal dakinhar bejn is-1 pm u l-4pm quddiem il-Kumitati tal-PE għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitati tal-Baġits flimkien mal-Kumitat tal-Kontroll tal-Baġit rispettivament.
“Huma jafu jippruvaw u jinterromptu is-smigħ ta’ Kummissarji oħra nominati matul il-ġimgħa,” wissa rappreżentant tat-unions tal-ħaddiema.
Aktar tard it-Tnejn filgħaxija, bejn l-4.30 pm u s-7.30 pm, hemm skedati is-smigħ ta’ żewġ Kummissarji nominati oħra. Is-smigħ ta’ John Dalli, il-Kummissarju nominat minn Malta li se jingħata l-portafoll tas-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur, hu skedat quddiem il-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel flimkien dak dwar is-Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur, nhar il-Ħamis li ġej u bejn is-1 u l-4 pm. Fl-istess ġurnata tas-smigħ ta’ John Dalli hemm ukoll is-smigħ ta’ ħames kummissarji oħra.
Is-smigħ tas-26 Kummissaju nominat tal-Kummissjoni huwa mistenni li jintemm it-Tlieta 19 ta’ Jannar.
L-unions tal-ħaddiema tal-impjegati tal-UE qed jipprotestaw kontra deċiżjoni meħuda mill-ambaxxaturi tal-pajjiżi Membri tal-Istati Membri, fosthom Malta, li jimblukkaw żieda ta’ 3.7 fil-mija għall-impjegati fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Huwa vvutaw b’mod unanimu li jillimitaw iż-żieda tal-impjegati għal din is-sena għal 1.85 fil-mija.
L-Istati Membri argumentaw li ma kienx ġust li jagħtu żieda ta’ 3.7 fil-mija fl-istituzzjonijiet Ewropej meta impjegati tal-Gvern fl-Istati Membri tal-UE kien qed jitilfu xogħolhom jew isofru tnaqqis fil-pagi jew friżi b’riżultat tal-kriżi ekonomika.
Nhar l-Erbgħa l-Kummissjoni Ewropea ħabbret li kienet se tieħu passi fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu sbiex tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri f’dan ir-rigward.
Il-Kummissjoni qed tinsisti li l-Kunsill tal-Ministri hu legalment obbligat li japprova l-figura ta’ 3.7 fil-mija li hi kkalkulata fuq iż-zidiet medji għall-impjegati tal-Gvern fi tmien Stati Membri sal-aħħar ta’ Lulju li għadda flimkien ma’ żieda għall-għoli tal-ħajja fi Brussell.
Malta għall-ewwel ma ħaditx pożizzjoni dwar din il-ħaġa, imbagħad ħadet pożizzjoni kontra ż-żidiet proposti fost ir-rabja tal-impjegati Maltin li jaħdmu mal-istituzzjonijet Ewropej.
F’Malta, madwar 30,000 ħaddiem tal-Gvern, bil-maqlub tal-ħaddiema fil-parti l-kbira tal-pajjiżi Membri tal-UE, se jieħdu żiedet ġenerużi. Għalhekk l-argument li se jkun hemm disparità bejn l-impjegati Governattivi f’Malta u dawk fl-UE ma jreġix.

 

 



Id-dinja tal-ħaġa moħġaġa



Realtà mċajpra



Uġigħ storiku


Il-Punt - Alfred E. Baldacchino
Il-bdil fil-klima


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan