MediaToday

Ittri | 10 ta’ Jannar 2010 Nr 168

Bookmark and Share

Grazzi mill-Filippini

Sr.Ġemma Fenech,
Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù

Fix-xogħol tagħna bħala missjunarji ħafna drabi niltaqgħu ma` sorpriżi li mhux biss jinkoraġġuna imma anke jtaffu xi ftit it-tbatija ta` dawk li aħna nservu. Waħda minn dawn is-sorpriżi li kelli dan l-aħħar kienet l-għajnuna finanzjarja mingħand il-Mission Fund tal-Mosta.
Din l-għajnuna waslet fi żmien meta ħafna nies hawn il-Filippini għadhom isofru l-konsegwenzi koroh tal-aħħar maltempati kbar li ħakmu lil dawn il-gżejjer. Din l-għajnuna se nużawha biex ngħinu fl-edukazzjoni tat-tfal u anke biex nixtrulhom ikel u mediċini.
In-nies li jaħdmu fil-Mission Fund qed jagħmlu mirakli bil-bolol, telecards użati u anke affarijiet żejda li jkollna fid-dar. Nappella lill-qarrejja ta’ dan il-ġurnal biex ikomplu jgħinu lill-Mission Fund. Ir-riżultat tal-għajnuna tagħhom huma ma jarawhx imma aħna li niġu mogħtija din l-opportunità li nużaw din l-għajnuna nassigurawkom li ħafna nies bnew futur aħjar. Grazzi għall-ġenerożità ta’ ħutna Maltin.
Il-Mulej iberikkom u jagħtikom is-sliem.

 

 



Id-dinja tal-ħaġa moħġaġa



Realtà mċajpra



Uġigħ storiku


Il-Punt - Alfred E. Baldacchino
Il-bdil fil-klima


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan