MediaToday

Ittri | 20 ta’ Diċembru 2009 Nr 165

Bookmark and Share

Bix-xoljiment taż-żwieġ aktar jgħixu barra mill-friex

Colin Debono,
San Ġwann

Hekk sew li biex uħud jingħataw il-barka tal-Istat li jerġgħu lura minn kelma li taw jgħabbu lill-bqija tal-pajjiz bl-ispejjeż? Mela se niġu fejn kuntratt ta’ flus ma’ bank fih rabta iżjed minn għaqda matrimonjali? Dan meta anki sempliċi bank li torbot flusek miegħu għal perjodu ta’ żmien ġieli lanqas jekk tkun lest li ċċedi l-imgħax ma jkun irid iħollok mill-perjodu fiss li miegħu tkun irbatt flusek.
Naturalment anke jekk flusek jagħtihomlok lura wara ġimgħat jew xhur bla interessi, xorta tkun mort minn taħt għax bir-rata ta’ inflazzjoni tkun tlift il-valur oriġinali ta’ flusek.
U lill-individwu kif se jintraddlu lura s-safa li kellu qabel ma jkun jew tkun tagħat il-pass tar-relazzjoni intima? X’valuri se nagħżlu u nibqgħu nħaddnu li jmexxu s-soċjetà Maltija u Għawdxija? Se nagħżlu dawk il-psewdo valuri li ħarbtu tant pajjiżi ferm iżjed għonja minna?
Bix-xoljiment taż-żwiġijiet aktar nies u familji mfarrka jaqgħu fil-livell tal-faqar u jiżdied il-piż fuq is-servizzi soċjali. Dan ikun irid jagħmlu tajjeb għalih it-taxxi. U f’dawn il-gżejjer b’rata baxxa ta’ twelid diġà l-Istat qed isibha diffiċli li jtaffi l-welfare gap aħseb u ara jekk nagħmlu bħal barra u nħarbtu s-soċjetà iżjed milli hi bix-xoljiment taż-żwiġijiet.
Jekk l-Istat jippermetti x-xoljiment taż-żwieġ uħud minn dawk li jaħdmu f’dan il-qasam isibu minjiera ta’ xogħol u ntrojtu fuq il-miżerja ta’ tant imsejknin. Koppji li jaħsbu li se ‘jeħilsu’ meta fil-fatt jgħaddu minn trawma agħar minn dik li jkunu diġà fiha.
Dawn l-isfortunati jirrikjedu dirgħajn ta’ għajnuna u sostenn u mhux min ikompli jħarbathom. B’dan il-mod irridu nżidu l-prodott gross domestiku billi nilleġiżlaw ix-xoljiment taż-żwiġijiet biex uħud minn dawn jerġgħu jagħmlu tiġijiet ifjen u aqwa minn tal-ewwel u hekk inkomplu nonfħu l-industrija tar-riċevimenti, ritratti, filmati, kiri tas-swali u ilbies u x’naf jien?
Dan flimkien ma’ dejn dejjem iżjed jiżdied ta’ dawk li jsibu li m’għandhomx triq oħra ħlief li jgħixu barra mill-friex tal-mezzi li għandhom.

 

 



Il-Milied u l-politika



L-ittra ‘K’



Il-messaġġ li qed iwassal Gonzi


Il-Punt - Angele Deguara
Għażliet personali, impatt globali

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan