MediaToday

Aħbarijiet | 08 ta’ Novembru 2009 Nr 159

Bookmark and Share

Aktar tbatija fil-każ tal-anzjana bil-katarretti

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Ikompli jikkumplika ruħu l-każ tal-anzjana li minħabba operazzjoni tal-katarretti li qatt ma saritilha spiċċat indarbet serjament hekk kif ma ndunatx li qed twaddab il-misħun fuqha minflok fit-tazza. Kienet din il-gazzetta li bħal-lum ġimgħa xeħtet dawl fuq dan il-każ.
L-anzjana ta’ 73 sena ilha snin sħaħ tistenna li tagħmel l-operazzjoni li rrakkomondawlha t-tobba. Iżda minħabba l-lista twila ta’ stennija l-mara għadha ma ngħatax il-kura bil-konsegwenza li l-vista ta’ għajnejha kompliet taqa’ lura.
Rapporti li waslu għand Illum juru li l-anzjana, minbarra l-ġrieħi marbuta mas-samta f’partijiet differenti ta’ ġisimha, sofriet ukoll ksur f’idejha.
Qraba tal-anzjana rrakkuntaw kif fl-aħħar sigħat esperjenzaw b’idejhom dak li kienu ilhom snin sħaħ jisimgħu dwar is-servizz imbażwar li qed jingħata fl-Isptar Mater Dei.
“Wara biss ġimgħa neħħewlha l-ġibs mingħajr qatt ma għamlulha X-ray. It-tweġiba li ngħatat mill-isptar kienet ‘jekk idejk tuġgħek mur għand it-tabib tiegħek.’”
Persuna viċin l-anzjana qalet lil din il-gazzetta li l-uġigħ li kellha tgħaddi minnu l-anzjana kien wieħed kbir tant li fis-sigħat li għaddew kellha terġa’ tiddaħħal l-isptar.
“Reġgħu għamlulha l-ġibs u talbuha tmur 15-il ġurnata oħra biex wara li jneħħuhula joħdulha X-ray,” sostniet bint l-anzjana. “Kif l-affarijiet ma sarux tajjeb mill-bidu? U għaliex l-X-ray ma sarx mill-ewwel? Dan ħela ta’ riżorsi u tbatija żejda għall-pazjenti Maltin.”

Tista’ taqra l-ewwel storja dwar din l-anzjana fuq:
http://www.illum.com.mt/2009/11/01/t10.html

 

Intervista
Il-bilanċ bejn viżjoni u ambizzjoni


Karl Stagno-Navarra jintervista lil Michael Briguglio iċ-Chairperson il-ġdid tal-AD




Carmelo M. Bonnici
Pajjiż f’fażi ta’ progress



Joe Ellis
Il-Ħajt li ħadd ma ħaseb li se jaqa’



Toni Abela
F’salib it-toroq


Il-Punt - Adrian Grima
Ta’ min hi l-Letteratura Maltija?

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan