MediaToday

Pjazzetta | 08 ta’ Novembru 2009 Nr 159

Bookmark and Share

Xogħol ieħor minn Theatrencore

‘The Misunderstanding’ hi waħda mill-aktar kitbiet teatrali intriganti ta’ Albert Camus. L-istorja hi pjuttost sempliċi u waħda li tixhed il-ħażen, għalhekk twassal għal żvolta traġika f’dan il-misteru maħkum minn dlam u qtil. Fil-fatt Camus bħal donnu jrid juri, b’mod makabru u mudlam, li s-serħan tal-moħħ ta’ dak li jkun jista’ jkun biss hemm jekk jitneħħa dak tal-oħrajn.
Il-kitba tiffoka fuq armla (Jane Marshall) u bintha Martha (Sharon Bezzina) li għandhom ħolma komuni: ix-xewqa li jirtiraw fil-kwiet, xi mkien maġenb il-baħar. Din ix-xewqa sempliċi tant hi qawwija li ż-żewġ nisa huma lesti għal kollox, saħansitra li jagħmlu atti mill-iktar immorali fil-lukanda li huma jmexxu hekk kif tul l-istorja tispikka l-kriminalità bla ħniena ta’ Martha u l-kollaborazzjoni tal-omm għajjiena biż-żmien u bil-ħażen ta’ bintha u tagħha stess. Ftit jiem qabel ma sseħħ il-ħolma tagħhom jitfaċċa mistieden ġdid (Stefan Farrugia). L-omm u bintha t-tnejn bħal jindunaw li dan il-mistieden hu kemmxejn differenti mill-oħrajn. Iżda l-istorja ma tiqafx hemm.
‘The Misunderstanding’ twassal rabja bla limiti, determinazzjoni oskura u solitudni li tikxef bil-mod il-mod il-waqgħa tal-persunaġġi u tal-ħolma tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar tħalli biss vojt u dwejjaq kbar.
Il-produzzjoni ta’ Theatrencore (tradotta għall-Ingliż minn Graham Ley) se tkun taħt id-direzzjoni artistika ta’ Albert Marshall u se tittella’ fit-Teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-20, 21 u 22 ta’ Novembru fit-8pm. Bħala parti mill-kast insibu wkoll lil Karen Magro u Philip Mizzi.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, Valletta, fuq 21223200 jew 21223216, inkella permezz tal-email fuq
boxoffice@sjcav.org.

 

Intervista
Il-bilanċ bejn viżjoni u ambizzjoni


Karl Stagno-Navarra jintervista lil Michael Briguglio iċ-Chairperson il-ġdid tal-AD




Carmelo M. Bonnici
Pajjiż f’fażi ta’ progress



Joe Ellis
Il-Ħajt li ħadd ma ħaseb li se jaqa’



Toni Abela
F’salib it-toroq


Il-Punt - Adrian Grima
Ta’ min hi l-Letteratura Maltija?

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan