Aħbarijiet | 08 ta’ Novembru 2009 Nr 159
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Nhar il-Ħamis il-kumpanija GO kienet se ttella’ konferenza tal-aħbarijiet għall-edituri tal-mezzi tax-xandir biex matulha tagħtihom tagħrif dwar kif kienu se jitneħħew aktar minn 100 ħaddiem f’din il-kumpanija. Iżda ftit ħin biss qabel kienet skedata din il-laqgħa l-edituri ġew infurmati li “il-laqgħa ġiet posposta.”