MediaToday

Pjazzetta | 18 ta’ Ottubru 2009 Nr 156

Bookmark and Share

Il-kunċert ta’ Robbie Williams jimxi għall-Kavallier ta’ San Ġakbu

Il-Kavallier ta’ San Ġakbu ħabbar li minħabba raġunijiet tekniċi l-kunċert ta’ Robbie Williams dirett bis-satellita minn Londra, nhar it-Tlieta 20 ta’ Ottubru se jsir fiċ-ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu u mhux fil-Hilton.
Għalkemm il-biljetti għall-kunċert ta’ Robbie Williams fil-BBC Electric Proms diġà nħatfu, l-ammiraturi tiegħu madwar id-dinja għad għandhom iċ-ċans li jsegwu l-azzjoni b’mod dirett. Grazzi għat-trasmissjoni diretta f’definizzjoni għolja, udjenzi internazzjonali f’20 pajjiż differenti se jesperjenzaw dak li qed ikun meqjus bħala l-akbar attività ċinematografika ta’ mużika live li se ssir fl-Ewropa.
Ir-ritorn ta’ Robbie Williams għal serata waħda fuq il-palk f’Londra wara nuqqas ta’ tliet snin hi l-unika opprtunità biex l-ammiraturi tiegħu jsegwu kunċert mill-aqwa li se jinkludi diski klassiċi tiegħu u mużika mill-album ġdid ‘Reality Killed The Video Star’. Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Trevor Horn li qed jipproduċi l-album il-ġdid tiegħu, waqt li sezzjonijiet tal-korda u korni se joffru ħoss uniku għall-BBC Electric Proms.
Williams hu wieħed mill-aktar artisti li għamlu suċċess fix-xena internazzjonali. Rebaħ 15-il Brit Award (aktar minn kull artist fl-istorja tal-mużika) u 38 premju internazzjonali li jinkludu 17-il premju għall-aħjar kantant raġel internazzjonali. Kellu tmien albums li kienu fil-quċċata tal-klassifika fl-Ingilterra filwaqt li t-tour tal-2006 Close Encounters waqqaf rekord dinji b’bejgħ ta’ 1.6 miljun biljett f’ġurnata waħda.
Il-kantant qal: “Hu eċċitanti ħafna li kunċert ta’ darba li se nagħmel f’Londra se jkunu jistgħu jarawh ħafna aktar nies minn madwar id-dinja!”
Il-biljetti kollha issa huma €15 waqt li se tingħata d-differenza għal min xtara biljett ta’ €25. L-aħħar ftit biljetti jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu fuq 21223200.

 

 

Intervista
Ibqgħu sibuni bħala l-‘Guy’….

Karl Stagno-Navarra jintervista lil Karmenu Vella




Carmelo M. Bonnici
Blogs — tirannija jew demokrazija



Joe Ellis
Il-prezz tad-demokrazija



Toni Abela
Tabula Rasa


Il-Punt - Justyne Caruana
Kwistjoni ta’ benefiċċji soċjali jew ta’ natura soċjali?

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan