MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ Settembru 2009 Nr 150

Bookmark and Share

L-Ewropa fil-pjazza bl-Ingliż

Julia Farrugia

Raħħala li tkellmu magħna u li l-ġimgħa li għaddiet kienu preżenti għal waħda mill-attivitajiet imtellgħa mill-MEUSAC (Malta-EU Steering and Action Committee), urew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li dan il-kumitat beda jqassam biss fuljett bl-Ingliż dan meta tliet kwarti tan-nies preżenti la kienu jafu jitkellmu bl-Ingliż u wisq anqas jaqrawh.
L-attività tal-MEUSAC bl-isem “L-Ewropa fil-pjazza” għandha l-għan li sas-17 ta’ Settembru li ġej iddur ħafna pjazez ewlenin Maltin bit-tama li tqanqal djalogu pubbliku dwar suġġetti marbuta mal-Unjoni Ewropea.
“Mort fil-pjazza għax ridt nitgħallem aktar. Ksibt fuljett u ddiżappuntajt ruħi għax kien bl-Ingliż biss,” sostna raġel li jaf iħaddem biss il-lingwa Maltija.
“Hija ħasra kif fir-raħal tiegħi ma kellhomx fuljetti bil-Malti. X’inhi r-raġuni ma nafx. Imma kien jagħmel sens li jekk intefqu l-flus biex ġew stampati l-fuljetti, ikollna għażla jekk hux bil-Malti jew bl-Ingliż,” sostna dan ir-raġel.
“Il-Kummissjoni Ewropea li ffinanzjat dan il-proġett kienet toħroġ aktar b’saħħitha kieku rat li l-fuljett kien ikun maqsum f’żewġ partijiet: dik bl-Ingliż u dik bil-Malti. B’hekk bl-istess karta l-informazzjoni kienet tilħaq udjenza ferm aktar wiesa’.”

 

 

Intervista
Ir-raġel li ma jogħġbuhx il-musicals

Franica Pulis tintervista lil Malcolm Galea


Editorijal

Ix-xejn b’xejn



Wenzu Mintoff
Sinjali taż-żmien



Carmelo M. Bonnici
Trattat li wassal għal traġedja



Joe Ellis
Alla u Ċesri



Toni Abela
Non solo nero


Il-Punt - Trevor Żahra
Il-festi Maltin: distinzjoni bejn is-sagru u l-pagan

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan