MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ Settembru 2009 Nr 150

Bookmark and Share


Download full feature in PDF format

Il-Maltin kontra l-murtali tal-ħoss, l-Għawdxin favur

James Debono
jdebono@mediatoday.com.mt

Stħarriġ tal-gazzetta Illum juri maġġoranza kontra l-murtali tal-ħoss f’erba lokalitajiet Maltin ewlenin u maġġoranza favurihom f’Għawdex. L-istħarriġ sar fost 400 persuna f’Malta u 100 f’Għawdex. Dawn kienu jinkludu 100 persuna minn Ta’ Sliema, Marsaskala, Mosta u Qormi kif ukoll 100 minn Għawdex.
Mil-lokalitajiet Maltin l-iktar kontra l-murtali tal-ħoss kienu s-Slimiżi waqt li l-iktar favur kienu l-Qriema.
Waqt li 73.2% tas-Slimiżi jixtiequ li l-murtali tal-ħoss jinqagħtu, 49% tal-Qriema kienu tal-istess fehma.
Joħroġ ċar ukoll li l-Qriema u l-Mostin huma iktar entużjasti għall-festa tagħhom mis-Slimiżi u n-nies ta’ Marsaskala.
Waqt li 27% tas-Slimiżi u 36.5% tan-nies ta’ Marsaskala biss jagħtu l-flus għan-nar tal-festa, il-maġġoranza tal-Qriema u l-Mostin jagħmlu dan. Dan jista’ jkun dovut għal fatt li Ħal Qormi maqsum bejn San Bastjan u San Ġorġ u l-Mosta magħquda wara Santa Marija u għandha tradizzjoni ikbar ta’ festa minn Marsaskala u sa ċertu punt minn Tas-Sliema li għandha diversi festi.
In-numru ta’ Slimiżi li jattendu għall-attivitajiet ta’ ġewwa l-knisja biss huwa ikbar minn dak fil-bliet l-oħra iżda dan jista’ jkun sintomu ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ.
Min-naħa l-oħra f’Marsaskala li għandha popolazzjoni iktar żagħżugħa kienu biss 10% li jattendu għall-funzjonijiet ta’ġewwa biss.
L-ikbar kuntrast joħroġ bejn is-Slimiżi u l-Għawdxin.
Waqt li 44% tas-Slimiżi ma jattendu għall-ebda attività tal-festa, la ġewwa l-knisja u lanqas barra, huma biss 17% tal-Għawdxin li ma jattendux għall-festa tar-raħal tagħhom.
L-entużjażmu tal-Għawdxin għall-festa jissarraf ukoll f’iktar flus għan-nar tant li 61.4% tal-Għawdxin qalu li jagħtu flus għan-nar.
B’dan l-entużjażmu kollu għall-festa mhix sorpriża li 51.4% tal-Għawdxin huma kontra li jinqatgħu l-murtali tal-ħoss li għal uħud huma parti essenzjali mir-ritwal tal-festa.
L-istħarriġ jindika li bl-eċċezzjoni ta’ Għawdex, in-numru ta’nies li jqisu l-murtali tal-ħoss bħala uġigħ ta’ ras jiżboq in-numru ta’nies li jqisu l-murtali bħala arti jew tradizzjoni,

Metodoloġija: B’kollox 761 persuna ġew ikkuntattjati wara li ġew magħżula mid-direttorju online. 500 persuna (100 minn erba’ lokalitajiet Maltin u 100 minn Għawdex) aċċettaw li jipparteċipaw. L-istħarriġ sar bejn it-Tlieta 25 ta’Awwissu u l-Ġimgħa 4 ta’ Settembru

 

 

Intervista
Ir-raġel li ma jogħġbuhx il-musicals

Franica Pulis tintervista lil Malcolm Galea


Editorijal

Ix-xejn b’xejn



Wenzu Mintoff
Sinjali taż-żmien



Carmelo M. Bonnici
Trattat li wassal għal traġedja



Joe Ellis
Alla u Ċesri



Toni Abela
Non solo nero


Il-Punt - Trevor Żahra
Il-festi Maltin: distinzjoni bejn is-sagru u l-pagan

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan