MediaToday

Aħbarijiet | 26 ta’ Lulju 2009 Nr 144

Bookmark and Share

44 immigrant jaslu ħabta u sabta f’Wied il-Għajn

Karl Stagno-Navarra
Grupp ta’ 44 immigrant rnexxielu jasal sax-xatt ta’ Wied il-Għajn kmieni l-bieraħ filgħodu mingħajr ħadd ma nduna bihom sakemm ngħata l-allarm minn xi nies li nzertaw ikkampjati qrib is-sit fejn darba kienet il-Lukanda Jerma.
Din kienet it-tieni darba f’ġimagħtejn meta immigranti rnexxielhom jaslu sax-xatt mingħajr ma jkunu interċettati fuq il-baħar mill-Forzi Armati.
Kien għall-ħabta tat-3am meta dinghy ta’ 13-il metru daħal qrib il-blat ta’ Wied il-Għajn u trakka mal-blat sakemm waslu fuq il-post units tal-iskwadra mobbli tal-Pulizija u patrol boat tal-FAM li ħadu kontroll tas-sitwazzjoni.
L-immigranti, li nkludew ukoll żewġ nisa, irrakkuntaw li kienu telqu mil-Libja erbat ijiem qabel u li matul il-vjaġg miet sieħeb tagħhom u kellhom iwaddbu l-katavru tiegħu l-baħar.
Intant, il-Pulizija Maltija rċeviet lura disa’ immigranti li nqabdu f’Pozzallo wara li rnexxielhom jaħarbu minn Malta b’mod klandestin bil-katamaran tal-Virtù Ferries.
Il-każ seħħ nhar il-Hamis li għadda meta membri tal-ekwipaġġ tal-katamaran semgħu ħsejjes ġejjin minn ġo kontejner-friża. Stħarriġ ta’ malajr wassal biex instabu disa’ immigranti mistoħbija ġo fih u kwasi mejta bil-bard.
L-immigranti, li rriżultaw maħruba minn Malta, kienu konsenjati lill-Pulizija Taljana li minn naħa tagħhom reġgħu bagħtuhom lura Malta.

 

Intervista
Jekk nidħol għal xi ħaġa nidħol għaliha biex nirnexxi

Julia Farrugia tintervista lill-Avukat Emmanuel Mallia




Wenzu Mintoff
F’Wied Marċa



Carmelo M. Bonnici
Il colore del sole



Joe Ellis
Il-MEPA



Toni Abela
L-għalqa


Il-Punt - Brian Bonnici
Teqirdux il-Karnival

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan