Aħbarijiet | 05 ta’ Lulju 2009 Nr 141
Julia Farrugia
Avukat li xogħlu hu li jiddeċiedi fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku li jsiru f’Għawdex qed jirrita lil numru ta’ Għawdxin wara li hu stess qed jikser il-Liġi b’mod sfaċċat. Filwaqt li l-gwardjani jimmultaw lil persuni oħra pparkjati ħażin, din il-persuna qatt mhu qed tingħata ċitazzjoni.
Sensiela ta’ ritratti meħuda fuq medda ta’ ġranet juru lil dan l-avukat jipparkja kontra l-Liġi f’toroq ewlenin fir-Rabat Għawdex fosthom fi Triq ir-Repubblika u fi Triq il-Kappuċċini. It-toroq huma żoni ta’ parkeġġ immarkati bil-ħin u suppost il-parkeġġ hu għal ħin ristrett biss.
Madankollu dan l-avukat qed jipparkja hemm minn kmieni filgħodu u jħalli l-karozza pparkjata fl-istess post sa kmieni wara nofsinhar. Xi minn daqqiet il-karozza titħalla hemm fit-8am, l-avukat jagħmel l-arloġġ taparsi saru l-10.30 u jmur il-Qorti. F’ħafna mill-każi jerġa’ jirritorna lejn il-karozza għall-ħabta tas-2pm.
Bil-Liġi l-arloġġ tal-kartun irid jitpoġġa fuq id-dashboard tal-karozza f’żoni b’parkeġġ ristrett ta’ ħin biex il-Pulizija u gwardjani jkunu jistgħu jaraw jekk is-sewwieq ikunx qabeż il-ħin ta’ parkeġġ.
“Nista’ nikkonferma li l-gwardjani jitilgħu u jinżlu minn dawn it-toroq diversi drabi. Ħafna sewwieqa jkunu mmultati talli jkunu jew bagħbsu l-arloġġ jew talli jkunu qabżu l-ħin ta’ parkeġġ. Iżda mhux l-istess qed jiġri ma’ dan l-avukat magħruf f’Għawdex,” sostna sid ta’ ħanut. “Nippretendu li x-xemx titla’ għal kulħadd l-istess u mhux il-gwardjani u l-Pulizija jkunu kompliċi għal dan l-abbuż.”
|
|

Julia Farrugia tintervista lil Carlos Debattista
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni Abela
- Fleur Mifsud Bons
|
|
|