MediaToday

Aħbarijiet | 05 ta’ Lulju 2009 Nr 141

Bookmark and Share

Żewġ każi ġodda ta’ influwenza A H1N1

Il-Kurja tordna tqarbin fl-idejn biss

Julia Farrugia

In-numru ta’ persuni f’Malta konfermati li għandhom l-influwenza A H1N1 tela’ għal 18. Fi twissija maħruġa
mid-Dipartiment tas-Saħħa l-pubbliku qed jintalab biex jekk iħoss xi sintomi tal-virus ma jmurx la l-Mater Dei u lanqas fi sptarijiet jew klinċi oħra. Minflok persuna għandha ċċempel lit-tabib tal-familja li jinvistaha d-dar.
Jidher li s-Sibt kien hemm numru kbir ta’ persuni li marru l-Isptar Mater Dei u dan wassal biex inħoloq paniku bla bżonn.
Matul il-jum tal-bieraħ numru sostanzjali ta’ persuni kienu eżaminati għas-sintomi ta’ din l-influwenza. Minn 15-il ruħ li kienu eżaminati matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu tnejn instabu pożittivi: ġuvni Ingliż ta’ 18-il sena u tfajla Ingliża ta’ 19-il sena. It-tnejn kienu Malta għall-btala u ġew minn Londra. Iż-żewġ każijiet ma kinux relatati flimkien.
Sadattant il-Gvern ħabbar li żewġ persuni li l-Ġimgħa kienu klassifikati bħala pożittivi issa qed jitqiesu bħala probable. L-influwenza li nstabet fuqhom kienet dik tat-tip A u mhux tat-tip A H1N1.
L-aħbar li numru ta’ persuni li nstabu pożittivi kienu Ingliżi għall-btala f’Malta ħolqot reazzjoni fost Maltin li kienu ppjanati li jsiefru lejn l-Ingilterra. Sorsi qrib is-settur turistiku kkonfermaw ma’ Illum li kien hemm ħafna Maltin li talbu lil aġenziji differenti tal-ivvjaġġar biex iċaqilqu l-btala tagħhom lejn xi destinazzjoni oħra. Iżda dan l-allarm qed ikun ikkalmat mit-tobba.
“M’hemmx lok għall-paniku. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ma ħarġet l-ebda twissija kontra l-ivvjaġġar u allura mhemm l-ebda lok ta’ alarm,” hu l-parir ta’ numru ta’ tobba differenti.
Kumpaniji tal-assigurazzjoni mhumiex qed jagħtu flus lura għal min sempliċiment irid iċaqlaq il-vjaġġ tiegħu għal destinazzjoni oħra.
“Sakemm l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ma toħroġx twissija ma nistgħux nagħtu flus lura sempliċiment biex wieħed imur f’destinazzjoni oħra,” sostniet kumpanija minnhom. Kumpaniji tal-assigurazzjoni iżda jagħtu l-flus lura f’każ li persuna tkun infettata bil-virus.
Kuljum qed ikun hemm madwar 1,000 Malti li jsiefer. U kuljum jiġu Malta madwar 15,000 turist. Dawn il-figuri għandhom jiftħulna għajnejna li anke jekk se nibqgħu Malta importanti kważi aktar li nsegwu l-pariri ta’ prevenzjoni mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa.
L-Ingilterra qed tistma li sas-sajf il-figura ta’ dawk infettati tista’ titla’ għal 100,000 kuljum. S’issa l-figuri huma ferm ’il bogħod minn din iċ-ċifra u meta wieħed iqis il-popolazzjoni ta’ aktar minn 60 miljun ruħ (60,943,912 persuna), il-figuri huma baxxi.
Sal-lum fl-Ingilterra mietu erba’ persuni u kienu nfettati 7,555 persuna li hi ekwivalenti għal 0.01 fil-mija tal-popolazzjoni tal-pajjiż. S’issa l-virus A H1N1 feġġ f’116-il pajjiż differenti. B’kollox qed ikun stmat li ġew infettati 77,201 persuna. S’issa l-vittmi madwar id-dinja telgħu għal 332.
Il-Ġnus Magħquda (WHO) fetħet konferenza fil-Messiku dwar din l-influwenza fejn saħqet li “il-virus fid-dinja issa wasal f’punt li ma jistax jitwaqqaf.”
Il-WHO qalet li ħafna mill-każi l-influwenza hi ħafifa u n-nies qed jirkupraw mingħajr il-ħtieġa li jinżammu fi sptar.

 

 


Piano: kummenti, ilmenti u kumplimenti
PDF Format


Intervista
Il-Belt Valletta hu l-fattur li jispirani

Julia Farrugia tintervista lil Carlos Debattista




Wenzu Mintoff
Opra manja



Carmelo M. Bonnici
Għala jiġu eletti l-gvernijiet



Joe Ellis
Il-kriżi li ma tridx tmur



Emmanuel Micallef
Proġetti u flus fil-but



Toni Abela
Sa fl-aħħar it-teatru


Il-Punt - Fleur Mifsud Bons
“Jien insir dak li jixtiquni nsir il-ġenituri!”

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan