MediaToday

Aħbarijiet | 05 ta’ Lulju 2009 Nr 141

Bookmark and Share

Dalwaqt jinfetaħ il-Fond għall-Arti

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Fil-baġit tal-2008 il-Gvern kien ħabbar li se jinħoloq Fond għall-arti u ieħor għall-films b’€232,900 allokati għal kull wieħed. Minn dakinhar lil hawn inħoloq tal-films u ngħataw il-flus lil erba’ kumpaniji differenti. Iżda tal-Arti ħadd ma sema’ b’aħbaru.
Il-gazzetta għamlet xi mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport biex tara x’se jsir minnu. Kelliema għalih qaltilna: “Il-Ministeru matul din is-sena ħadem flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti biex jitlestew linji gwida u kriterji biex l-artisti jkunu jistgħu jgawdu mill-Fond għall-Arti.
“Il-Fond għall-Arti hu mistenni li jibda jingħata fix-xhur li ġejjin. Iktar informazzjoni se tingħata lill-pubbliku fi żmien qasir biex min hu interessat ikollu l-opportunità li japplika u jgawdi minn din l-għajnuna.”
Staqsejna wkoll jekk il-Fond għall-Film hux se jibqa’ jingħata u jekk is-somma hix se tibqa’ l-istess u hi weġbitna: “Il-ħsieb hu li l-Fond allokat għall-Films jibqa’ jingħata. Din is-sena l-ammont se jibqa’ l-istess. Permezz ta’ dan il-Fond fl-aħħar sena kien hemm erba’ kumpaniji li gawdew minn din l-għajnuna u li bħalissa jinsabu fi proċess ta’ twettiq tal-proġett.”
Din il-gazzetta staqsiet ukoll dwar inċentiv li kien tħabbar fl-istess baġit li ‘kumpaniji li jagħtu għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet kulturali rikonoxxuti li ma jaħdmux bi qligħ, u jew lill-Fond għall-Arti, se jkunu jnaqqsu dawn l-għotjiet mid-dħul taxxabbli.’
Il-kelliema qalet li “meta kumpanija tagħmel donazzjoni fi flus lill-Fond għall-Arti jew lil xi organizzazzjoni kulturali li ma jkollhiex skop ta’ profitt u li tkun approvata mill-Fond għall-Arti, dik id-donazzjoni tista’ tintalab bħala tnaqqis mid-dħul.
“Iżda jridu jkunu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet:
- irid jinħareġ ċertifikat f’dan ir-rigward mill-Fond għall-Arti
- f’każ ta’ donazzjoni lil organizzazzjoni kulturali din l-organizzazzjoni ma tridx tkun relatata b’ebda mod mal-kumpanija li qed tagħmel id-donazzjoni
- it-tnaqqis totali mitlub minn kumpanija f’sena waħda ma jistax jaqbeż il-€50,000”
Il-kelliema żiedet tgħid li d-donazzjoni tkun parti mill-ispejjeż fil-Profit & Loss Account tal-kumpanija u għalhekk tittieħed bħala tnaqqis fis-self-assessment tagħha meta timtela l-formola tat-taxxa. Kopja taċ-ċertifikat trid tintbagħat lid-Dipartiment tat-Taxxa separatament.
Il-Kumpanija għandha tagħmel nota fuq paġna 8 tar-return li qed tieħu tnaqqis taħt ir-Regoli dwar Donazzjonijiet li Jsiru Għal Sport u Kultura (LN 159 tal-2008).

 

 


Piano: kummenti, ilmenti u kumplimenti
PDF Format


Intervista
Il-Belt Valletta hu l-fattur li jispirani

Julia Farrugia tintervista lil Carlos Debattista




Wenzu Mintoff
Opra manja



Carmelo M. Bonnici
Għala jiġu eletti l-gvernijiet



Joe Ellis
Il-kriżi li ma tridx tmur



Emmanuel Micallef
Proġetti u flus fil-but



Toni Abela
Sa fl-aħħar it-teatru


Il-Punt - Fleur Mifsud Bons
“Jien insir dak li jixtiquni nsir il-ġenituri!”

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan