MediaToday

Aħbarijiet | 05 ta’ Lulju 2009 Nr 141

Bookmark and Share

Tabib ieħor se jitressaq quddiem il-Kunsill Mediku

Julia Farrugia

Illum tista’ tiżvela li fil-jiem li ġejjin tabib Malti ieħor mistenni jitressaq quddiem il-Kunsill Mediku Malti minħabba ksur ta’ etika. Mhux magħruf l-isem ta’ din il-persuna. Madankollu sorsi ta’ din il-gazzetta sostnew li t-tabib hu persuna “famuża” f’Malta.
Il-persuna mistennija titressaq quddiem il-Kunsill Mediku Malti fil-15 ta’ Lulju li ġej.
Din il-ġimgħa l-Kunsill Mediku Malti mmulta s-somma ta’ €10,000 lit-tabib Frank Portelli wara li nstab ħati li għamel allegazzjonijiet malafamanti fil-konfront tal-Professur Louis Buhagiar li hu eks Membru Parlamentari Laburista. Il-Kunsill Mediku Malti kkonkluda li jekk Portelli ma jħallasx din is-somma sal-1 ta’ Ottubru ismu jinqata’ minn fuq ir-Reġistru Mediku.
Il-każ imur lura għall-21 ta’ Lulju tal-2003 meta l-Professur Buhagiar ilmenta mal-Kunsill Mediku Malti li Portelli, li hu l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar St Philips, issospendieh u waqqfu milli jkompli jaħdem fl-isptar bħala konsulent.
Ir-raġuni li kien tah Portelli kienet għaliex pazjenti kienu qed jilmentaw li Buhagiar kien qed iżomm flejjes kbar talli joffrilhom konsulenza.
Mix-xhieda li ta t-tabib Josie Muscat, sid l-Isptar St James Capua, kien konfermat li Portelli bagħtlu ittra fejn talbu jwaqqaf lill-Professur Buhagiar milli jaħdem fl-isptar tiegħu.
Muscat xehed li ftit qabel ma feġġ il-każ tat-tarriffi għolja, hu u Portelli kienu qed jesploraw il-possibbiltà li bħala sptarijiet jaħdmu aktar mill-qrib.
Hu sostna li rrifjuta li jissospendi lill-Professur Buhagiar għax qatt ma kellu problemi miegħu u għaliex l-isptar ma jindaħalx fil-prezzijiet li jżommu l-konsulenti.
Il-Kunsill Mediku aċċetta l-argumenti preżentati u sostna li l-ittra li bagħat Portelli u li kienet iċċirkolata lil terzi persuni kienet intenzjonata biex tħammeġ ir-reputazzjoni tal-Professur Buhagiar.

 

 


Piano: kummenti, ilmenti u kumplimenti
PDF Format


Intervista
Il-Belt Valletta hu l-fattur li jispirani

Julia Farrugia tintervista lil Carlos Debattista




Wenzu Mintoff
Opra manja



Carmelo M. Bonnici
Għala jiġu eletti l-gvernijiet



Joe Ellis
Il-kriżi li ma tridx tmur



Emmanuel Micallef
Proġetti u flus fil-but



Toni Abela
Sa fl-aħħar it-teatru


Il-Punt - Fleur Mifsud Bons
“Jien insir dak li jixtiquni nsir il-ġenituri!”

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan