MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ġunju 2009 Nr 140

Bookmark and Share

Smart City jkompli biċ-ċlikki ċlikki … jieqaf fl-Indja

Julia Farrugia

Għejjun differenti qed ikomplu juru t-tħassib tagħhom dwar il-futur ta’ Smart City Malta wara li l-ġimgħa l-oħra sar magħruf li waqaf is-Smart City Kochi fl-Indja.
Żjara fis-sit fejn għandu jsir il-proġett f’Rikażli turi art enormi u b’sinjali żgħar ta’ ħidma ferm ’il bogħod mix-xogħol li normalment wieħed jistenna li jkun għaddej fi proġett kapitali.
Dan il-fattur, flimkien mal-iżviluppi fl-Indja, qed ikomplu jħassbu lill-poplu u lill-investituri lokali. Ħafna qed jistaqsu jekk Smart City Malta hux se tgħaddi mill-istess destin tal-proġett imwiegħed fl-Indja.
Dan it-tħassib twassal ukoll pubblikament ġimgħa ilu lill-Ministru Tonio Fenech permezz ta’ telefonata live fuq Radju 101. Il-Ministru kien mistoqsi ċar u tond minn semmiegħ jekk Smart City Malta hux se jkompli u jekk hux veru li l-proġett sejjer f’pajjiż ieħor. Bi ftit li xejn ħin biex iwieġeb għaliex kienet diġà bdiet is-sigla tal-għeluq tal-programm il-Ministru Fenech qal biss li l-proġett se jkompli.
Fil-bidu ta’ Ġunju, bi prominenza fuq mezzi tax-xandir internazzjonali, kien rappurtat kif Ministru Indjan f’Kerala allega li t-Tecom ta’ Dubai intlaqtet minn problemi finanzjarji kbar u li din kellha nuqqas ta’ likwidità ta’ flus biex tkompli l-proġetti tagħha. Din l-aħbar kienet ribattuta miċ-Chairman tat-Tecom li kien qal li: “Il-proġett Smart City f’Malta se jkompli kif skedat.”
Iżda ġimagħtejn biss wara Smart City Dubai qalet li m’għadhiex interessata fil-proġett Smart City fl-Indja. Il-proġett suppost kellu jara investiment ta’ $316 miljun biex tinħoloq belt tal-informatika kbira.
L-ewwel ġebla ta’ Smart City Kochi tqiegħdet fis-16 ta’ Novembru 2007 iżda minn dakinhar ftit li xejn sar xogħol. Suppost Smart City f’Kochi kellu joħloq 90,000 impjieg.

Il-wegħdi ewlenin dwar Smart City Malta
• Investiment ta’ $300 miljun fuq medda ta’ 358,000 metru kwadru.
• Jinħolqu 5,600 impjieg, 65% fl-informatika.
• $3 biljun investiment f’bejgħ ta’ proprjetà.
• Diċembru 2010 - jitlestew 8% tal-ispazji tal-uffiċini u jidħlu l-ewwel sidien.
• Diċembru 2015 - Jitlestew il-parks tal-ICT u l-media business park.
• Diċembru 2021 - Jitlestew il-partijiet kummerċjali u residenzjali ta’ Smart City Malta.

 

 

Intervista
L-għannej poeta

Franica Pulis tintervista lill-għannej Karmnu Debono il-Pikipak




Wenzu Mintoff
Faqqiegħ



Carmelo M. Bonnici
Il-ħajja u t-teknoloġija



Joe Ellis
Yes, Minister



Emmanuel Micallef
Nibżgħu għat-turisti



Toni Abela
McPolitika


Il-Punt - Dun Pawl Camilleri
Tkissir jew tisħiħ?

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan