MediaToday

Sports | 28 ta’ Ġunju 2009 Nr 140

Bookmark and Share

Mark Marlow ma’ Msida St. Joseph?

Mark Attard

Mark Marlow, l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt l-14-il sena jinsab f’taħdidiet mat-tim ta’ Msida St. Joseph biex possibbilment ikun il-kowċ tagħhom għall-istaġun li ġej.
Sorsi mill-kamp Misidjan li tkellmu mal-gazzetta Illum sostnew li Msida kienu qegħdin ifittxu kowċ li jmur tajjeb għall-pjani tal-klabb. Is-Saints kellhom f’moħħhom tliet kowċis li jistgħu jieħdu f’idejhom lil din l-iskwdra iżda finalment l-għażla finali waqgħet fuq Marlow.
Il-gazzetta Illum għamlet kuntatt ma’ Robert Farrugia, President ta’ Msida St. Joseph li min-naħa tiegħu ma kkonferma l-ebda isem.
“Tkellimna ma’ diversi kowċis iżda ma nista’ niżvelalek l-ebda isem.”
Għal Marlow mistennija tkun l-ewwel esperjenza tiegħu fil-kmand assolut ta’ tim tal-kbar. Ikkuntattjat mill-gazzetta Illum, Marlow ikkonferma din l-aħbar.
“Nikkonfermalek li kellmuni l-Imsida u se niltaqa’ magħhom biex niffinalizzaw kollox nhar it-Tlieta li ġej. Probabbilment se naċcetta.”
Marlow temm ħesrem il-kuntratt li kellu mal-MFA f’April li għadda wara diżgwid li seta’ kellu ma’ individwi fuq ittra anonima mibgħuta kontrieh lill-amministrazzjoni tal-MFA.

 

 

Intervista
L-għannej poeta

Franica Pulis tintervista lill-għannej Karmnu Debono il-Pikipak




Wenzu Mintoff
Faqqiegħ



Carmelo M. Bonnici
Il-ħajja u t-teknoloġija



Joe Ellis
Yes, Minister



Emmanuel Micallef
Nibżgħu għat-turisti



Toni Abela
McPolitika


Il-Punt - Dun Pawl Camilleri
Tkissir jew tisħiħ?

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan