MediaToday

Pjazzetta | 28 ta’ Ġunju 2009 Nr 140

Bookmark and Share

Charles Cassar bid-19-il wirja retrospettiva

Meta f’nofs is-snin 80 l-użu tal-kompjuter beda jsir iżjed popolari f’Malta, l-artist Charles Cassar kien tal-ewwel li beda jesperimenta bit-teknika li kienet qed toffri din it-teknoloġija l-ġdida.
Il-wirja personali tiegħu fl-1986 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, b’xogħlijiet “magħmula bil-kompjuter” tniżżlet bħala “l-ewwel wirja tax-xorta tagħha ippreżentata lill-pubbliku Malti”.
Fil-kitba tiegħu dwar din il-wirja ppubblikata f’Novembru tal-1986, il-kritiku Emmanuel Fiorentino kien irrefera għal Cassar bħala pijunier tal-arti tal-kompjuter. Fiorentino kien kiteb “…wirja tassew mhux tas-soltu fejn Cassar ħoloq arti permezz tat-teknika tal-kompjuter. Cassar hu artist b’relazzjoni mal-kompjuter tiegħu. Hawnhekk hu jipprovdi prova li l-arti kapaċi u għandha tibqa’ f’kuntatt mal-iżvilupp xjentifiku.
“Bix-xogħol tiegħu, Cassar joffri eżempju li għandu jistimula lil ħaddieħor fil-kuntest ta’ dan il-mezz elettroniku li mistenni jbiddel il-mod kif aħna nħarsu madwarna u għalhekk, ibiddel l-apprezzament estetiku tagħna...”
Dan kollu hu biss aspett wieħed fil-karriera estensiva ta’ Cassar li issa se titfakkar waqt id-19-il wirja retrospettiva tal-Bank of Valletta li mistennija tittella’ għall-pubbliku fil-kwartieri tal-Bank f’Santa Venera sat-23 ta’ Lulju.
Imwieled fl-1944 fil-Belt, Cassar, il-kbir fost erba’ aħwa, attenda b’mod regolari korsijiet ta’ filgħaxija fil-Malta School of Art. L-għalliema tiegħu kienu Karmenu Mangion, Kav. Emvin Cremona, Prof. Gorg Borg, Antoine Camilleri, Kav. Esprit Barthet u Fr Marius Zerafa.
Fl-1964 Cassar kiseb l-ewwel post f’eżami għal borża ta’ studju mill-Gvern u b’hekk kiseb borża ta’ studju ta’ erba’ snin biex ikompli bl-istudji tiegħu barra minn Malta. Hu mar ir-Renju Unit fejn qatta’ sentejn fi Croydon College of Art f’Surrey.
Fl-1965 Charles mar fl-Accademia di Belle Arti f’Ruma, fejn wara prova ta’ tliet xhur, daħal fit-tielet sena tal-kors ta’ erba’ snin biex kiseb Diploma di Licenza. Fl-1967 irċieva d-Diploma tal-Akkademja wara li ssottometta t-teżi tiegħu dwar l-iskultur Malti Melchiorre Gafà.
Il-karriera artistika ħaditu madwar l-Ewropa, fejn kellu wirjet f’diversi galleriji tal-arti u rċieva diversi unuri. Fl-1983 il-Malta Stamp Design Advisory Board ikkummissjona lil Cassar biex jiddisinja sett ta’ erba’ bolol biex jimmarkaw Jum il-Commonwealth għal Commonwealth Collection tal-14 ta’ Marzu tal-istess sena. Fl-1985 l-Associazione Dei Poeti ippremjat lill-artist bil-Premio Internazionale Città de la Valletta.
Il-wirja retrospettiva se tkun akkumpanjata minn katalgu b’bijografija u riproduzzjoni tax-xogħlijiet kollha fil-wirja.

 

Intervista
L-għannej poeta

Franica Pulis tintervista lill-għannej Karmnu Debono il-Pikipak




Wenzu Mintoff
Faqqiegħ



Carmelo M. Bonnici
Il-ħajja u t-teknoloġija



Joe Ellis
Yes, Minister



Emmanuel Micallef
Nibżgħu għat-turisti



Toni Abela
McPolitika


Il-Punt - Dun Pawl Camilleri
Tkissir jew tisħiħ?

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan