MediaToday

Aħbarijiet | 21 ta’ Ġunju 2009 Nr 139

Bookmark and Share

Fl-aħħar … fotografu tad-DOI għal mal-President Abela barra l-pajjiż

Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt

Wara 10 snin fejn iż-żjarat uffiċjali tal-President tar-Repubblika kienu jkunu rappurtati minn fotografu privat, l-Uffiċċju tal-President qabbad lill-fotografi tad-Dipartiment tal-Informazzjoni biex jattendu għall-ewwel żjara uffiċjali tal-President Ġorġ Abela fil- Vatikan din il-ġimgħa.
Fil-fatt kien il-fotografu Omar Camilleri li tela’ Ruma flimkien mal-President Abela u bagħat ir-ritratti minn hemm.
Mistoqsi minn Illum biex jikkonferma li l-fotografu tad-DOI beda jmur mal-President fuq żjarat uffiċjali barra l-pajjiż b’effett miż-żjara fil- Vatikan, l-Uffiċċju tal-President, permezz ta’ Martin Bugelli, Direttur-Ġenerali għall-Informazzjoni u Konsultazzjoni Pubblika, ikkonferma dan.
“F’dan il-każ, l-ewwel safra tal-President George Abela, ittieħdet id-deċiżjoni li jattendi fotografu tad-DOI, liema fatt mhu l-ebda sigriet għax isem il-fotografu, u isem id-DOI, kienu mehmuża mar-ritratti uffiċjali li nħarġu l-bieraħ filgħaxija,” stqarr Bugelli.
Bugelli fisser kif “anki fuq il-ġurnali tal-Ġimgħa li għażlu li jippubblikaw xi ritratt, kien hemm rikonoxximent lil Omar Camilleri, DOI.”
Mistoqsi jekk din kinitx il-prassi l-ġdida li kienet se tkun addottata mill-Uffiċċju tal-President f’każ ta’ żjarat barra l-pajjiż, jew din kienet biss deċiżjoni ta’ darba, Bugelli qal li din ma kinitx prassi ġdida “għax qatt ma kien hemm prassi”, iżda l-ewwel pass kien sar. Hu fisser kif l-Uffiċċju tal-President għandu l-prerogattiva li jagħżel liema fotografu jrid fuq bażi minn każ għal każ.
“Id-DOI naturalment kien onorat li ngħata din il-fiduċja u kien kburi li offra servizz, servizz li ntlaqa’ tajjeb u ġie apprezzat ferm, speċjalment mill-Uffiċċju tal-President,” qal Bugelli.
Kemm matul it-terminu ta’ Guido de Marco mill-1999 sal-2004 kif ukoll dak ta’ Eddie Fenech Adami mill-2004 sa tmiem il-ħatra tiegħu fit-3 ta’ April, sar użu mis-servizz tal-fotografu Lino Arrigo Azzopardi.
Fil-fatt Arrigo Azzopardi ntgħażel mill-Uffiċċju tal-President biex jieħu anki r-ritratt tal-President tar-Repubblika l-ġdid Ġorġ Abela mal-ħatra tiegħu. Dan ir-ritratt kien ġie rtirat ġimgħa wara li nħareġ wara r-reazzjoni negattiva li qanqal fost il-pubbliku. Wara d-DOI kien qabbad lil Tony S Mangion biex jieħu r-ritratt uffiċjali l-ġdid tal-President Abela.

Aqra iktar: http://www.illum.com.mt/2009/04/12/t7.html

 

 

Intervista
Bejn linja u oħra

Julia Farrugia tintervista lill-membru parlamentari Nazzjonalista Franco Debono




Wenzu Mintoff
Perpura ħadra



Carmelo M. Bonnici
Il-mandat il-ġdid



Joe Ellis
Kif politiku-imprenditur flok statista jsir ċerċur



Emmanuel Micallef
Awtonomija istituzzjonalizzata



Toni Abela
Presidenza rilevanti


Il-Punt - Helen Borg
Il-ħalib tal-omm – għaliex l-aħjar għażla

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan