MediaToday

Jiktbu l-kandidati | 24 ta’ Mejju 2009 Nr 134

Bookmark and Share

Il-verità tal-voti

Yvonne Ebejer Arqueos - AD

Il-proċess tal-vot tal-Parlament Ewropew jaf ikun wieħed kumpless u kkumplikat, anki għall-fatt li proposta ta’ liġi trid tgħaddi minn diversi istituzzjonijiet u ssegwi mogħdijiet partikolari. Hemm ukoll konfużjoni sħiħa f’moħħ in-nies dwar voti fil-kumitat u voti fil-plenarja, u sew il-politiċi sew il-ġurnalisti qajla jfiehmu lin-nies liema huma l-voti aħħarin u determinanti.
Dan qed ngħidu għaliex faċli wieħed iqarraq bin-nies meta jiġi biex jikkwota l-voti. Dan id-diżgwid rajnieh jinqala’ spiss meta l-MEPS Nazzjonalisti jagħżlu li jinterpretaw il-voti kif jaqbilhom u għall-fini partiġġani tagħhom.
Każ ċelebri li seħħ dan l-aħħar kien dwar id-dritt tal-voti lill-migranti. Qed nuża ‘migranti’, mhux biss għax l-ilsien Malti għadu jbati biex jagħmel distinzjonijiet lingwistiċi f’dan il-qasam iżda wkoll biex ma nkomplux inħawdu l-imħuħ. Simon Busuttil u David Casa riedu jagħtu x’jifhmu li l-Ħodor, flimkien mas-Soċjalisti u oħrajn, iridu jagħtu l-vot lill-immigranti llegali li jaħbtu ma’ xtutna. Hawnhekk għandna każ tipiku ta’ kif wieħed jista’ jislet mill-voti u jgħawweġ kif irid hu.
Mhuwiex minnu dak li ntqal. Il-vot jingħata lill-’migranti’ legali (li jista’ jkun kulħadd minbarra l-UE, minn Amerikan sa Awstraljan), u dan għall-kunsilli lokali biss, u skont id-diskrezzjoni tal-pajjiż. Spjegazzjoni sempliċi għall-aħħar, għal dik li bl-Ingliż tissejjaħ ‘storm in a teacup’. Iżda tgħid infaqghet il-bużżieqa Nazzjonalista, li tonfoħ il-biża’ u n-nuqqas ta’ għarfien, fil-kampanja ta’ konfużjoni li qed iwettqu għal dawn l-elezzjonijiet?
L-aċċess għall-voti miċ-ċittadini naħseb li huwa importanti ħafna. Fil-fatt hemm xi għodod informatiċi li jgħin lil dak li jkun jara kif tassew qed jivvutaw l-MEPs tiegħu. Il-Friends of the Earth, per eżempju, kellhom sit elettroniku li kien jittraċċa l-voti dwar l-ambjent tal-leġiżlatura li għaddiet, u dan kien wera, fost l-oħrajn, li l-agħar rekord tal-ambjent huwa dak tal-PPE, sħab il-PN fl-Ewropa.
Issa hemm programm simili tal-Ħodor Ewropej li, madankollu, mhuwa biased favur ħadd, għax kull ma hu reġistru mqassam tajjeb ta’ kif jivvutaw l-MEPs kollha ta’ kull partit dwar temi varji, fosthom l-ambjent, l-impjiegi u l-libertajiet ċivili. Dan ukoll naffar lill-MEPs tal-PN, iżda naħseb li ta’ min taraw intom b’għajnekom u tiġbdu l-konlużjonijiet tagħkom: http://greens-efa-service.org/votetracker/
Insemmi vot li ttieħed milux u li jolqot ħafna waħda mit-temi li ili nisħaq fuqhom. Bħall-Kummissjoni Ewropea, aħna tal-AD qed nipproponu li l-leave tal-maternità jiżdied għal mill-inqas 18-il xahar. Iżda mhix ħaġa faċli meta wieħed jara kemm il-PPE, li magħrufin baħla partiti tal-’valuri’ u tal-’familja’ qed jitfgħu l-bsaten fir-roti għal din il-proposta minħabba li għalihom is-suq dejjem jiġi l-ewwel u qabel kollox.
F’koalizzjoni mal-Liberali u mal-partiti tal-Lemin tal-UEN, rapport dwar is-saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol tan-nisa tqal u l-ommijiet ġodda, intbagħat lura l-kumitat. Fost l-oħrajn, minħabba l-biża’ li jinsabu magħfusin bejn l-interessi tal-industrija u tan-negozji u s-saħħa us-sigurtà tal-ħaddiema.

Inħalli lilkom tiġbdu l-konklużjonijiet tagħhom dwar min tassew ħaqqu jirrappreżentakom wara s-6 ta’ Ġunju li ġej.

 

Intervista
Fl-interess nazzjonali u Ewropew

Karl Stagno-Navarra jintervista lid-Deputat Parlamentari Ewropew Louis Grech




Wenzu Mintoff
Gargarella



Carmelo M. Bonnici
Fuq kollox il-messaġġ



Joe Ellis
Id-dell ta’ Cromwell



Emmanuel Micallef
Clips u buttuni



Toni Abela
Se nagħmel storja


Il-Punt - Shirley Pulis Xerxen
L-iżvilupp tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-imprenditorija


Jiktbu l-kandidati

Frank Portelli - PN

Mary Gauci – Libertas

Claudette Abela Baldacchino – PL

Yvonne Ebejer Arqueos - AD

John Zammit - AL

Josie Muscat – AN

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan