Aħbarijiet | 17 ta’ Mejju 2009 Nr 133
In-Norveġja hi r-rebbieħa tal-54 edizzjoni tal-Eurovision li ttellgħet il-lejl li għadda f’Moska.
Alexander Rybak, kantant, vjolinist u attur ta’ 23 sena bil-kanzunetta ‘Fairytale’ irnexxielu jisraq il-qalb mhux biss tal-ġurija preżenti iżda tal-miljuni ta’ persuni li segwew ix-xandira diretta fuq it-televiżjoni.
Rybak li kien mill-bidu nett fost il-favoriti li jirbaħ dan il-festival kiseb rekord ta’ voti b’total ta’ 387 punt. Fit-tieni post kienet klassifikata l-Islanda filwaqt li l-Azerbaijan kiseb it-tielet post.
Kien Alexander Rybak stess li kkompona u kiteb il-mużika u l-lirika tal-kanzunetta rebbieħa.
Illum il-Ħadd mistenni li jkun jum doppju ta’ ċelebrazzjoni fin-Norveġja li llum tfakkar Jum il-Kostituzzjoni li kull sena jkun iċċelebrat mal-pajjiż kollu. Din hi t-tielet darba li n-Norveġja rebħet dan il-premju.
Alexander Rybak ilu jdoqq strumenti mużikali minn meta kellu biss ħames snin u hu iben vjolinist famuż Norveġiż.
Il-kanzunetta Maltija “What if We” kienet klassifikata fil-20 post b’31 punt. Chiara Siracusa tat wirja brillanti waqt il-finali. It-temiża sinonima ma’ l-aħħar kelma ta’ kull kanzunetta li nterpretat Chiara f’dawn l-aħħar snin kienet ukoll preżenti iżda bid-differenza li waqt l-interpretazzjoni tal-bieraħ saret f’nofs il-kanzunetta. Minkejja l-wirja tajba, Chiara ma rnexxiliex tikseb la l-formula rebbieħa u wisq anqas pożizzjoni tajba għal pajjiżna.
Din kienet it-tielet darba li Chiara rrappreżentat lil Malta f’dan il-festival. Fl-2005 kisbet it-tieni post filwaqt li fl-1998 kienet klassifikata fit-tielet post.
Din is-sena l-votazzjoni tas-serata finali kienet ibbażata fuq 50 fil-mija fuq it-televoting u 50 fil-mija fuq il-voti ta’ ġurija esperta li nħatret għal tal-apposta.
Il-Eurovision Song Contest ilu jixxandar fuq it-televiżjoni b’xandira diretta sa mill-1956 u hu wieħed mill-aktar programmi li ilu jixxandar fid-dinja wara xandiriet importanti tal-isports. Hu kkalkulat li t-telespettaturi jaqbżu l-100 miljun ruħ.
|
|

Julia Farrugia tintervista lil Ashley Cumbo, senior social worker mal-YMCA
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni Abela
Bernard Cauchi u
Michael Grech
- Simone Spiteri
Jiktbu l-kandidati
|
|
|