MediaToday

Aħbarijiet | 17 ta’ Mejju 2009 Nr 133

Bookmark and Share

Il-Ministeru jbeżbeż lill-Kulleġġ Santa Tereża għad-donazzjoni ta’ €250

Julia Farrugia

Il-Ministeru għall-Edukazzoni kkonferma ma’ din il-gazzetta li l-Kulleġġ Santa Tereża reġa’ bagħat ittra lill-kandidati kollha għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu b’rabta mat-talba ta’ flus li l-Kulleġġ għamel lill-kandidati.
Din il-gazzetta fid-19 ta’ April kixfet korrispondenza li l-Kulleġġ Santa Tereża bagħat lill-kandidati kollha li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tas-6 ta’ Ġunju.
“L-organizzaturi jixtiequ jistednuk biex bħala kandidat għall-Parlament Ewropew jew Membru Parlamentari Ewropew tipparteċipa f’din il-maratona billi toffri donazzjoni ta’ €250 b’riżq il-Community Chest Fund u l-Kulleġġ Santa Tereża,” kienet tgħid l-istedina.
Dan l-“invit” poġġa pressjoni żejda fuq il-kandidati li diġà minn buthom ħarġu flejjes kbar biex ifendu l-ispejjeż tal-kampanja elettorali. Il-kandidati ħassewhom daharhom mal-ħajt u urtati minħabba l-fatt li l-maratona tal-Kulleġġ se ssir eżatt ġimgħa qabel l-elezzjoni u l-attività kienet se tirkeb fuq il-vulnerabbiltà tal-kandidati li lejlet kampanja elettorali ma jistgħux jaffordjaw li qed jidhru li mhux jappoġġaw inizjattivi ta’ ġbir għal volontarjat.
Kelliem għall-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina qal lil din il-gazzetta li “aktar tard il-Kulleġġ ikkomunika ma’ dawn l-istess nies u spjega li dik kienet biss stedina għal donazzjoni u saħaq fuq l-element tal-volontarjetà.”
Iżda l-Ministeru ndirettament qed jagħti tbeżbiża lill-Prinċipal tal-Kulleġġ Frank Fabri.
Fi tweġiba lil Illum il-Ministeru sostna li “mhux suġġerit li studenti jew xi ħadd f’isem il-Kulleġġ jattendi għal attivitajiet ta’ natura politika.”
Din id-dikjarazzjoni turi li l-Ministeru ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kulleġġ li fl-ewwel komunikazzjoni mal-kandidati politiċi ssuġġerixxa li “id-donazzjoni tista’ tingħata waqt waħda mill-attivitajiet tiegħek stess jew waqt il-maratona nnifsha.”

Tista’ ssegwi l-istorja ta’ Illum fuq:
http://www.illum.com.mt/2009/04/19/t4.html

 

Intervista
Mill-muturi għall-faqar reali

Julia Farrugia tintervista lil Ashley Cumbo, senior social worker mal-YMCA




Wenzu Mintoff
Psikoloġija bir-rivers



Carmelo M. Bonnici
Parlamenti u Parlamenti oħra



Joe Ellis
Għawdex – djamant migruf



Emmanuel Micallef
Il-familja llum



Toni Abela
Perlina dejjem lewża tibqa’


Bernard Cauchi u
Michael Grech

Ċans mitluf?


Il-Punt - Simone Spiteri
X’jista’ jkun ir-rwol tat-teatru


Jiktbu l-kandidati

Marlene Mizzi - PL

Mary Gauci – Libertas

Arnold Cassola - AD

John Zammit - AL

Marthese Portelli - PN

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan