MediaToday

Sports | 17 ta’ Mejju 2009 Nr 133

Bookmark and Share

Żvelati l-ismijiet tal-persuni fil-Bord tal-MFA li jittratta investigazzjonijiet ta’ każi ta’ korruzzjoni

Nagħsa ta’ sitta

Mark Attard

Dr. Ray Zammit bħala Chairman, Joe Azzopardi bħala Deputat Chairman, Tommy Restall bħala Segretarju u Ronnie Abela, Dr Matthew Brincat u Dr. Nicolai Muscat Farrugia bħala Membri huma l-persuni li jiffurmaw il-Bord li jittratta investigazzjonijiet ta’ każi ta’ korruzzjoni u li dan l-istaġun kellhom ftit x’jagħmlu mhux ħażin.
Wara ħafna ġimgħat u xhur li ġew żvelati diversi każi ta’ korruzzjoni matul dan l-istaġun hemm ħafna dilettanti ġenwini tal-futbol Malti li qegħdin iqajmu l-mistosijiet dwar ir-raġunijiet tad-dewmien fid-deċiżjonijiet li ħadu jew li għad iridu jieħdu.
L-Ewwel Att minn dan l-ispettaklu ta’ dan l-istaġun beda meta tela’ s-siparju fuq il-partita li Marsaxlokk lagħbu mit-Tazza Uefa kontra Slaven Belupo, każ li kompla jinstema’ quddiem il-Qrati Maltin propju matul l-aħħar ġimgħa.
It-Tieni Att kompla f’Diċembru fejn żewġ plejers ta’ St. George’s ammettew quddiem il-Qorti Maltija li aċċettaw flus fil-logħba kontra Vittoriosa Stars u li fuqha għadu għaddej fuq każ il-Qorti persuna mill-Kumitat ta’ Vittoriosa.
It-Tielet Att kompla bil-każ tal-uffiċjal u plejer ta’ Marsaxlokk li ammettew ukoll fil-Qorti li ppruvaw javviċinaw plejer tat-tim oppost Msida St. Joseph fil-partita ta’ bejn it-tnejn tal-ewwel fażi.
Il-konklużjoni ta’ din l-opra staġonali waslet grazzi għal ittra tikwi li xi ħadd għoġbu jikteb u jiċċirkola mal-ogħla uffiċjali tal-MFA, mal-Pulizija u anki mal-ġurnalisti b’kontenut ta’ 16-il partita tal-Premier li fihom allega korruzzjoni u li saħansitra kiteb l-ismijiet, laqmijiet u numri personali tat-telefons ċellulari.
Quddiem dan kollu, l-MFA ma kellhiex triq oħra ħlief li tħalli kollox f’idejn Bord magħmul minn nies indipendenti mil-logħba tal-futbol kif fil-fatt għamlet. Bir-raġun, nhar il-Ħamis li għadda fil-programm tal-MFA, ‘MFA Magazine’ fuq Smash TV, Joe Mifsud, President tal-MFA, qal li “F’dan l-istadju aħna nistennew id-deċiżjonijiet li se jieħdu l-persuni li qegħdin f’dan il-Bord.”
L-ikbar mistoqsija fuq fomm kulħadd tibqa’ waħda: Għala dan id-dewmien kollu biex jiddeċiedu fuq xi ħaġa li diġà għandha l-verdett tal-Qorti?
Min jaf min se jkunu l-aħjar atturi wara dawn il-każijiet kollha u jekk possibbilment l-aħjar attur jirbaħx xi Oscar!

 

 

Intervista
Mill-muturi għall-faqar reali

Julia Farrugia tintervista lil Ashley Cumbo, senior social worker mal-YMCA




Wenzu Mintoff
Psikoloġija bir-rivers



Carmelo M. Bonnici
Parlamenti u Parlamenti oħra



Joe Ellis
Għawdex – djamant migruf



Emmanuel Micallef
Il-familja llum



Toni Abela
Perlina dejjem lewża tibqa’


Bernard Cauchi u
Michael Grech

Ċans mitluf?


Il-Punt - Simone Spiteri
X’jista’ jkun ir-rwol tat-teatru


Jiktbu l-kandidati

Marlene Mizzi - PL

Mary Gauci – Libertas

Arnold Cassola - AD

John Zammit - AL

Marthese Portelli - PN

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan