MediaToday

Aħbarijiet | 26 ta’ April 2009 Nr 130

Bookmark and Share

Attenti: il-Freephone ta’ Giovanna jisloħ

Julia Farrugia

Numru ta’ Għawdxin ilmentaw ma’ din il-gazzetta li l-Ministeru ta’ Għawdex qed jippromwovi linja Freephone (bil-ħlas) li meta ċċempel fuqha mhux talli toħodlok il-flus talli l-linja tinqata’ wara ftit sekondi.
Prattikament kull ċittadin li jċempel fuq din il-linja jkun qed jaħli flusu u ħinu għalxejn għax lanqas biss jinqeda.
Il-linja 80075556 qed tkun reklamata mhux biss fuq is-sit uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni iżda wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex. In-numru jingħata maġenb ir-ritratt tal-Ministru Giovanna Debono u wieħed jingħata l-impressjoni li jekk għandu bżonn ikellimha jista’ jaqbadha wkoll fuq dik il-linja.
F’eżerċizzju mifrux fuq numru ta’ ġranet din il-gazzetta ppruvat iċċempel fuq din il-linja. Ir-riżultat dejjem kien l-istess.
Wara li ċċempel 80075556 tisma’ vuċi ta’ tfajla li tgħidlek li “din it-telefonata mhix b’xejn. It-tariffa tiegħek normali tapplika.”
Eżatt wara tisma’ l-istess messaġġ bl-Ingliż. F’daqqa waħda l-linja awtomatikament taqtagħlek.
“Is-sistema hi waħda ta’ ngann,” saħqet sid ta’ ħanut fir-Rabat. “Dan għax meta ċċempel u l-linja tinqata’ taħseb li tkun ilqatt xi buttuna ħażina int. Bla ma trid terġa’ ċċempel. Ovvjament il-linja terġa’ tinqata’ u allura tkun weħilt il-flus għal żewġ telefonati għal xejn.”
Mhux magħruf jekk il-Gvern hux se jieħu passi mmedjati dwar dan il-każ. F’serq dirett fuq il-konsumaturi, il-Gvern għandu l-obbligu li jew jirranġa din il-linja minnufih jew jissospendi s-servizz biex l-ebda ċittadin ieħor ma jingidem għalxejn.

 

 

Intervista
Irrid nagħmel suċċess biex ngħin lil ħaddieħor

Julia Farrugia tintervista lil Brenda




Wenzu Mintoff
Susan Boyle



Carmelo M. Bonnici
Il-Kodiċi tad-Dmirijiet



Joe Ellis
Lega Sud



Emmanuel Micallef
Mhux bil-kampanja se naslu



Toni Abela
We Don’t Want No Education


Il-Punt - MArc Galea
Il-mużika f’Malta


Jiktbu l-kandidati

John Zammit – AL

Mary Gauci - Libertas

Malcolm Seychell – AN

Kirill Micallef Stafrace - PL

Yvonne Ebejer Arqueros - AD


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan