MediaToday

Aħbarijiet | 19 ta’ April 2009 Nr 129

Bookmark and Share

€62,546 biex jitneħħa l-asbestos tal-Isptar ta’ Għawdex

Franica Pulis

F’Ottubru 2008 MaltaToday kienet ikkonfermat li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienu qed jistennew biex jitneħħa l-asbestos li kien hemm f’ċerti postijiet matul l-isptar.
Xahar wara ntrebaħ it-tender minn PT Matic Environmental Services Ltd għas-somma ta’ €62,546 (Lm26,850) u xogħolhom hu li jneħħu l-asbestos li twaħħal fis-sebgħinijiet biex jgħatti l-pajpijiet li ddendlu mas-soqfa. Dan jinsab fil-panelli tas-soqfa tal-kurituri, fid-Dipartiment tar-Radjoloġija, fis-CCU u fis-swali tal-Operazzjonijiet.
L-asbestos, maħsub li jista’ jikkawża l-kanċer, kien diġà tneħħa minn partijiet oħra tal-istess sptar fosthom mill-Emerġenza, mis-Sala Ġerjatrika tan-Nisa, mis-Sala tal-Maternità u l-Ġinekoloġija, mill-kwartieri tat-tobba, mill-kċina u mid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija.
Ix-xogħol hu maħsub li jintemm fi tliet ġimgħat u jinqasam f’erba’ fażijiet skont it-taqsima. Jekk ix-xogħol ma jitlestiex fil-ħin mill-kuntrattur dan jeħel multa ta’ €466 kuljum.

 

 



Wenzu Mintoff
Is-serq, dari u llum



Carmelo M. Bonnici
Pass determinanti u kuraġġuż



Joe Ellis
Xandir bla awtorità



Toni Abela
Ejjew insaffru l-Aida!


Il-Punt - Diane Farrugia
Id-dritt tal-artist u l-werrieta tiegħu għar-royalty


Jiktbu l-kandidati

John Zammit – AL

Mary Gauci - Libertas

Vince Farrugia - PN

Christian Zammit – PL

Arnold Cassola AD


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan