Ittri | 19 ta’ April 2009 Nr 129
Mario Muscat,
Birkirkara
Attendejt għall-kunċert memorabbli li sar nhar il-Ħamis, 2 ta’ April fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fil-Belt. Wara li s-sena l-oħra s-Surmast Emanuel Spagnol u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta kienu tawna l-Messa di Requiem ta’ Nani, din is-sena tawna kunċert ieħor veru sabiħ, Stabat Mater. Din kienet ukoll taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Spagnol.
Prosit tal-għażla tal-programm li beda b’biċċa mużika Maltija Lament tas-Surmast Joseph Vella, biċċa xogħol għal-korda biss, sabiħa mmens. Wara ġiet interpretata s-Suite No.4 scénes pittoresques Angelus ta’ Jules Massenet. Il-qofol tal-kunċert s’intendi kienet l-Stabat Mater, opra reliġjuża ta’ Gioacchino Rossini li nkitbet fl-1832.
L-għazla tas-solisti u l-kor kienet verament stupenda. Is-solisti kienu: Miriam Cauchi, Sopran; Claire Massa, Mezzo-Sopran; Antonino Interisano, Tenur u Noel Galea, Baxx. Prosit ukoll lill-Kor Mirabitur immexxi minn Simone Attard speċjalment meta nterpreta żewġ biċċiet a cappella.
Nagħti prosit lill-Bord tad-Diretturi tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt it-tmexxija ta’ Lino Attard fejn nitolbu jagħtina aktar programmi bħal dawn. Il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann kien maħnuq bin-nies, anki bil-wieqfa, u l-applawsi ma jaqtgħu xejn juri li l-poplu sar japprezza dan il-kwalità ta’ xogħol meta jittella’ professjonalment.
|
|
Intervista

Julian Farrugia tintervista lil Chris Said
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Toni Abela
- Diane Farrugia
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|