Jiktbu l-kandidati | 19 ta’ April 2009 Nr 129
Mary Gauci - Libertas
Il-Libertas huwa moviment politiku pan-Ewropew dedikat biex joħloq Unjoni Ewropea ġdida, demokratika, responsabbli u miftuħa.
Ewropa tal-poplu u għall-poplu u mhux Ewropa mmexxija minn nies mhux eletti u li ma jagħtux rendikont liċ-ċittadini. Iċ-ċittadini għandhom dritt ikunu jafu fejn qed imorru flushom li jagħtu bħala taxxa.
Libertas hija s-sebħ ta’ Ewropa ġdida, Ewropa li tifhem lin-nies u taħdem għan-nies. Nieħdu per eżempju l-problema tal-immigrazzjoni llegali, problema li issa eskalat u qed toħloq problemi serji fuq diversi pajjiżi, sintendi fosthom Malta. Kulħadd jaf li l-Unjoni Ewropea qed tinjorana f’din il-pjaga li diġà għandha effetti gravi u anki konsegwenzi fit-tul f’diversi aspetti tas-soċjetà Maltija.
Il-Libertas tifhem li l-problema tal-immigrazzjoni llegali hija problem li tista’ tkun solvuta biss jekk jkun hemm kooperazzjoni bejn il-popli kollha tal-Ewropa u tista’ sseħħ biss jekk dawn jaħdmu flimkien biex isolvu l-problema. Id-differenza bejn il-Libertas u l-partiti l-oħra hija li Libertas Malta se tuża l-influenza tagħha kollha permezz tal-appoġġ u insistenza mill-partiti Libertas kollha fis-27 Stat membru tal-UE u titlob li għandu jkun hemm pjan serju dwar din il-problema u biex tiġi solvuta mingħajr aktar dewmien.
Is-sitwazzjoni f’Malta hija prekarja minħabba d-densità ta’ pajjiżna u dan għandu jiġi mifhum minn dawk li jagħmlu l-policies fl-Ewropa u mhux itawlu biex jagħtu soluzzjoni li sal-lum għadhom jgħadduna biż-żmien.
Il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista ma rnexxilhomx isibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni kritika li żviluppat fostna. Wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni ġdida li tħalli r-riżultati u mhux paroli.
Libertas Malta tista’ titkellem u tiddiskuti dwar il-problema ta’ immigrazzjoni illegali bil-miftuħ għax Libertas hija favur it-trasparenza u temmen fid-demokrazija vera. Aħna qed ngħidu li l-Ewropa kif qed topera issa dwar din il problema qisha qed tinsa lil dawn in-nies li qed jidħlu f’pajjiżna b’mod illegali għax qiegħda taħsel idejha għax tat xi flus lil Malta. Il- Maltin mhux flus biss iridu iżda kooperazzjoni, għajnuna u rieda serja .
Il-poplu Malti qed jistenna li l-Ewropa taħdem bis-serjetà fuq din il-problema tal-immigrazzjoni illegali, il-poplu Malti xeba’ jisma’ paroli fil-vojt, wegħdiet li ma jwasslu għal xejn, waqt li l-poplu Malti qed jara b’għajnejh li din il-problema dejjem qed tikber. Il-partit Libertas huwa l-partit li verament lest li jaħdem biex din il-problema tkun solvuta mingħajr aktar dewmien.
Flimkien ma’ sħabi fi ħdan Libertas Malta li ħafna minna huma midħla sew tal-operat tal-UE, flimkien mal-kandidati mill-partiti Libertas tal-pajjiżi l-oħra tal-Ewropa li se noħorġu għal elezzjoni tal-Parlament Ewropew, se naħdmu biex din il-problema, fost problemi oħrajn, tingħata prijorità u tiġi solvuta bis-serjetà.
|
|
Intervista

Julian Farrugia tintervista lil Chris Said
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Toni Abela
- Diane Farrugia
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|