MediaToday

Jiktbu l-kandidati | 19 ta’ April 2009 Nr 129

Bookmark and Share

Żmien li ngħidu daqshekk!

John Zammit – AL

Aktar ma toqrob l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew aktar qed jasal iċ-ċans tal-poplu li jekk huwa mxebba’ għandu l-opportunità li jgħid daqshekk! Allura li llum il-poplu Malti għandu aktar għażla ta’ partiti politiċi bis-sistemi kollha li jinsabu fil-Parlament Ewropew, issa aktar jista’ jgħid daqshekk u jagħmilha darba għal dejjem. Inkella se jibqa’ fejn hu.
Meta nkun qed nagħmel door-to-door jew nikkanvassja fit-toroq, niltaqa’ ma’ mijiet jekk mhux eluf li issa qed jgħidu li ddejqu bil-Partit Nazzjonalista u anke bil-Partit Laburista u mhux se jivvutaw. Wieħed għax issa tant ilu fil-Gvern u qed jagħmel ħafna gideb u wara li jwegħdu ħafna affarijiet ma jwettquhomx u l-ieħor jgħidulek mhux partit li tista’ terġa’ tafdah għax l-istess, jgħid ħafna affarijiet imbagħad jibża’ jagħmilhom.
Allura ngħidilhom: x’se tagħmlu? Għandkom diversi partiti ġodda, iżda għalkemm huma żgħar dawn jistgħu jġibu l-bidla li Malta u Għawdex għandhom bżonn. Ħafna jgħidu li mhux se jivvutaw jew inkella jgħiduli li l-partiti ż-żgħar m’għandhomx ċans li xi darba jirbħu xi siġġu.
Imma jien ngħidilhom: jekk intom mhux se tibdew tbiddlu lil min tivvutaw, żgur li qatt mhu se ġġibu bidla f’dan il-pajjiż.
Iftakru li darba ilu l-partit politiċi l-kbar li hawn illum kellhom bidu żgħir imbagħad kibru. Kien hemm diversi partiti li wkoll m’għadhomx magħna, iżda kollha taw sehem fil-mixja politika ta’ pajjiżna. Jien ngħidilhom taqtgħux qalbkom, jew ningħaqdu f’xi partit mill-ġodda u fl-aħħar nagħmlu effett u nġibu l-bidla għax jekk nibqgħu kif aħna mhux se nimxu ’l quddiem, anzi iktar se nimxu lura.
Diġà qed naraw li l-partiti l-kbar għadhom qed jgħixu fis-seklu l-ieħor u fl-istess ħin lanqas indunaw li dħalna fl-Ewropa.
Wara ħames snin fl-Unjoni Ewropea la daħlet it-tolleranza u lanqas daħlet id-diversità. Għadna naħsbu b’moħħ immuffat u ta’ żmien il-medjuevu u sadanittant imtlejna bl-immigranti illegali, bid-dejn u għoli tal-ħajja li qed issallab lil kulħadd.
Għalhekk nappella lill-poplu Malti u Għawdxi, biex jekk veru xeba’ u jrid jgħid daqshekk, ma jitlifx iċ-ċans tad-deheb li issa reġa’ ġie f’idejh u li dan jiġi darba kull ħames snin u ma jitilfux. Il-poplu issa għandu jbiddel ir-riedni biex fil-Parlament Ewropew ikollu nies li huma dehen u kapaċi jġibu bidla u mhux joqogħdu jibżgħu mill-babaw jew jilagħbuha tal-qaddisin bir-raġġiera li biex ma jimbagħdux mal-Knisja jżommu lill-poplu lura.
Il-President il-ġdid George Abela fl-aħħar semma li se jieħu ħsieb lill-minoranzi u se jdaħħal it-tolleranza.
Hu qal li kif jixraq f’kull demokrazija, il-klassi politika tagħna ssib id-dinamika qawwija tagħha f’ideat u proposti opposti għal xulxin. Ideat u proposti li jħabbtuha ma’ xulxin biex minnhom imbagħad joħorġu alternattivi minn fejn il-poplu Malti jkollu x’jagħżel b’mod demokratiku u ħieles.

 



Wenzu Mintoff
Is-serq, dari u llum



Carmelo M. Bonnici
Pass determinanti u kuraġġuż



Joe Ellis
Xandir bla awtorità



Toni Abela
Ejjew insaffru l-Aida!


Il-Punt - Diane Farrugia
Id-dritt tal-artist u l-werrieta tiegħu għar-royalty


Jiktbu l-kandidati

John Zammit – AL

Mary Gauci - Libertas

Vince Farrugia - PN

Christian Zammit – PL

Arnold Cassola AD


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan