MediaToday

Jiktbu l-kandidati | 12 ta’ April 2009 Nr 127

X’irid ibiddel il-Libertas biex jagħmel Ewropa aħjar għalik

Mary Gauci - Libertas

Il-Libertas irid id-demokrazija: m’għandha tgħaddi lanqas liġi waħda tal-Unjoni Ewropea mingħajr it-teħid ta’ vot pożittiv fil-Parlament Ewropew. Il-liġijiet għandhom jiġu approvati mill-Parlament Nazzjonali u/jew mill-Parlament Ewropew. Liġijiet magħmula minn impjegati taċ-Ċivil li mhumiex responsabbli jew eletti mill-poplu ma jikkorrispondux mad-demokrazija.
Il-Libertas irid il-kontabbiltà: persuna li għandha l-poter li tiddeċiedi fuq liġi għandha tkun responsabbli minnha fiż-zmien tal-votazzjoni. Iċ-cittadini jiddeċiedu jekk l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ dik il-persuna ħaqqhomx il-voti tagħhom.
Il-Libertas irid it-trasparenza: u mhux biss għal meta jkun hemm xi raġuni tajba, inkella kull leġiżlazzjoni għandha ssir fil-pubblika.
Il-Libertas irid Trattat b’saħħtu: It-Trattat ta’ Liżbona jiżgura li dawk li jmexxu l-Ewropa jkunu inqas responsabbli għan-nies milli huma issa. L-Ewropa għandha bżonn Trattat b’saħħtu. Trattat li jkun ċar għan-nies tal-Ewropa u li jkollu l-appoġġ tan-nies wara votazzjoni minn dawn l-istess nies. Trattat bażiku li jkun qasir u li jkun jista’ jinqara faċilment, b’tul ta’ mhux aktar minn 25 faċċata. Trattat li jġiegħel lin-nies jaqrawh, jifhmuh u jivvutaw fuqu.
It-Trattat ta’ Liżbona mhuwiex tajjeb għan-nies tal-Ewropa: It-Trattat ta’ Lisbona – kemm fil-kontenut kif ukoll fir-rigward tal-imgħallmin li kienu ppjanaw li jinfurzawh – ma jagħmel xejn biex iressaq l-Unjoni Ewropea aktar lejn niesha. Minkejja l-wegħdiet ta’ referenda li saru qabel minn bosta mexxejja, l-Irlanda kienet l-uniku Stat Membru li staqsiet lin-nies tagħha jekk ridux jilqgħu u jaċċettaw it-Trattat. Il-Libertas mexxa l-kampanja ‘le’ fl-Irlanda. B’ammont kbir ta’ votanti li ma kinux mistennija, l-Irlandiżi ma laqgħux it-Trattat ta’ Liżbona. Skont il-Liġi tal-Unjoni Ewropea, dan ifisse li t-Trattat qatt ma kellu jiddaħħal fis-seħħ.
L-UE ma tirrispettax id-demokrazija: B’ċaħda tal-għażla demokratika tan-nies, l-UE ma riditx taċċetta li t-Trattat ta’ Liżbona kien spiċċa. Minflok, il-Gvern Irlandiż, imħeġġeġ mill-elitisti fi Brussell u minn kull parti tal-kapitali Ewropej, qiegħed jitlob lin-nies biex jerġgħu jivvutaw. Din id-darba dawn iridu li n-nies jaċċettaw dak li huwa ħażin għalihom u dak li huwa ħażin għall-futur tal-Unjoni Ewropea.
Issieħeb magħna fil-missjoni tagħna biex inġibu d-demokrazija, ir -responsabbiltà u t-trasparenza fil-politika Ewropea.

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan