MediaToday

Aħbarijiet | 05 ta’ April 2009 Nr 126

Fenech Adami ma rebaħx qalb il-Laburisti

James Debono

Stħarriġ tal-gazzetta Illum juri li waqt li 46% jaħsbu li Fenech Adami rnexxielu jgħaqqad lill-poplu Malti tul il-Presidenza tiegħu waqt li 36% huma tal-fehma li l-eks kap tal-PN ma rnexxilux jilħaq dan il-għan.
Il-Presidenza ta’ Fenech Adami ntemmet din il-ġimgħa bil-ħatra tal-President George Abela li tgawdi l-appoġġ ta’ 85% skont stħarriġ li sar minn din il-gazzetta f’Jannar.
Fost dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet 71% jaħsbu li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jgħaqqad lill-poplu. Kienu biss 13% tal-Laburisti li sostnew li Fenech Adami rnexxielu jilħaq dan il-għan.
Min-naħa l-oħra, minkejja l-popolarità li jħaddan Fenech Adami fost in-Nazzjonalisti, 20% tal-votanti Nazzjonalisti wkoll jaħsbu li l-eks kap tal-partit ma rnexxilux jgħaqqad lill-poplu.
Din hi indikazzjoni li parti tal-elettorat Nazzjonalista kienet iddarrset bil-ħatra ta’ Fenech Adami bħala President eżatt wara li ċeda postu bħala Kap tal-Partit lil Lawrence Gonzi.
L-istħarriġ sar fost 300 persuna li ġew ikkuntattjati bejn nhar l-Erbgha 25 ta’Marzu u nhar il-Ħamis 2 ta’April.

 

Intervista
Mill-palk għal fuq l-altar

Julia Farrugia tintervista lil Stephen Galea, il-kantant ta’ “Il-Merill Twitt Twitt”




Wenzu Mintoff
Il-kotra qamet f’daqqa



Carmelo M. Bonnici
Populiżmu sproporzjonat



Joe Ellis
Il-presidenza u r-rwol li ġġorr magħha



Emmanuel Micallef
Kunsilli ġodda?



Toni Abela
Min huma dawn l-esperti?


Il-Punt - Catherine Fleri Soler
L-internet – għodda jew arma?


Jiktbu l-kandidati

Alan Deidun PN

John Spiteri – AN

Maria Camilleri - PL

Arnold Cassola– AD

John Zammit – AL

Mary Gauci - Libertas


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan