Sports | 05 ta’ April 2009 Nr 126
Jgħid li jaf li klabb ewlieni Malti nteressat fih mingħajr ma jiżvela l-isem
Mark Attard
mattard@mediatoday.com.mt
Mario Petrone, l-eks kowċ ta’ Msida St. Joseph, jista’ jerġa’ jirritorna Malta mill-istaġun li ġej biex imexxi wieħed mill-klabbs ewlenin ta’ pajjiżna.
Sorsi li jkunu jħufu lejn in-naħat tal-istadium nazzjonali ta’ Ta’ Qali li tkellmu mal-gazzetta Illum stqarrew li mhux l-ewwel darba li isem il-kowċ Taljan issemma minn xi diriġenti ta’ żewġ klabbs partikolari li jista’ jkun il-persuna addattat u ġusta biex jieħu f’idejh il-klabb tagħhom mis-sajf li ġej.
Għal dawn l-aħħar jiem, fost id-dilettanti tal-futbol Malti, kien qed jinstema’ li l-kowċ Taljan minn Capri kien ġie kkuntattjat minn xi klabbs tal-Premier biex eventwalment jerġa’ jibda ħajja ġdida f’pajjiżna.
Ilbieraħ il-gazzetta Illum għamlet kuntatt ma’ Mario Petrone li minn naħa tiegħu tana dawn il-kummenti.
“S’issa ma ċempilli ħadd uffiċjalment. Iżda sirt naf li hemm klabb ewlieni nteressat fija.”
Staqsejna wkoll lil Petrone li ladarba ma ċempillu ħadd kif jista’ jkun li sema’ bl-aħbar.
“Malta għad għandi ħafna ħbieb u ħafna kuntatti li kull ħaġa li tista’ tkun tikkonċerna lili baqgħu jinfurmawni biha.
“Ikolli nammetti li nteressat li nerġa’ niġi Malta iżda jekk din l-affari teżisti vera se naċċetta biss proġett serju ma’ nies serji.”
Il-gazzetta Illum tinsab f’pożizzjoni li tista’ tikkonferma li ż-żewġ klabbs li ddiskutew b’ċertezza r-ritorn tiegħu magħhom huma Valletta u l-eks tim tiegħu Msida St. Joseph. Madankollu, Petrone joqgħod pass lura, “Mhux se niżvela isem il-klabb li smajt bih għax m’għandix konferma tal-ħaġa. Iżda min infurmani nafdah għax raġel serju u seta’ kien qed iwassalli messaġġ indirett proprju mill-klabb konċernat.”
Mario Petrone kien inġieb Malta mill-eks President ta’ Msida St. Joseph Roberto Goevani fl-istaġun 2003/2004 u wassal lill-klabb għall-ikbar mira fl-istorja bil-finali tal-FA Trophy ta’ dak l-istaġun mitlufa kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1.
Wara li telaq minn Malta Petrone għamel żmien kowċ ma’ Nuorese Lumezzane u miegħu kellu plejers veterani ta’ fama bħal Luis Oliveira, eks Fiorentina u Cagliari u Gianluca Festa, eks Inter u Middlesborough.
Is-sena l-oħra Petrone nħatar kowċ tal-klabb Taljan San Marino Calcio iżda l-avventura tiegħu damet ftit wisq wara li nbiegħet is-soċjetà u s-sidien il-ġodda ġabu magħhom staff kollu ġdid. Bħalissa Petrone jinsab mingħajr klabb.
Erba’ snin ilu Petrone kien verament viċin li jsir il-kowċ ta’ Marsaxlokk. Dak inhar l-għażla ta’ Victor Sciriha, għal min imexxi lit-tim tiegħu kienet, bejnu u bejn Ray Farrugia ‘iż-Żażu’, b’dan tal-aħħar jirbaħ it-tellieqa finali.
|
|

Julia Farrugia tintervista lil Stephen Galea, il-kantant ta’ “Il-Merill Twitt Twitt”
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni Abela
- Catherine Fleri Soler
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|