Ittri | 05 ta’ April 2009 Nr 126
Sister Nicholina Aquilina,
Sister Bernadette Aquilina,
Alexandria,
Eġittu
Jiena, Sister Nicholina Aquilina, fir-Reliġjon bl-isem ta’ Sister Bernadette Aquilina, soru Klarissa mill-komunità tas-Sorijiet Klarissi f’San Ġiljan, bħalissa ninsab Lixandra ngħin lis-sorijiet ħutna Klarissi fl-Eġittu.
Sentejn ilu dawn is-sorijiet kellhom jibnu monasteru u s’issa għadu ma tlestiex. Dawn is-sorijiet huma l-unika komunità fl-Eġittu u bil-ħajja tagħhom iridu jkomplu jagħtu xhieda ta’ ħajja nisranija fost il-musulmani u reliġjonijiet oħra.
Nippruvaw inħobbuhom u nżommu l-ispirtu ta’ Ġesù ħaj fostna u fina. Huma jħobbuna ħafna u jirrispettawna li ngħixu fil-faqar u l-ħaddiema jitħallsu ftit.
Fil-monasteru għandna ħafna spejjeż minħabba l-bini tal-monasteru ġdid u dawn żgur li ma nlaħħqux magħhom mingħajr il-għajnuna ġeneruza ta’ ħafna qlub tajba. Komplu, għeżież ħuti Maltin, għinu fl-opra missjunarja billi tibagħtu lill-Mission Fund bolol u telecards użati u minn dak li Alla jipprovdilkom aqsmu ma’ min m’għandux. Taraw kemm il-Mulej ipattilkom. L-indirizz tal-Mission Fund huwa “Eureka Court”, Blk.A. Flat 6 (Ground Floor), Main Street, Mosta, MST 1018 Tel 21413664.
Jekk xi ħadd ikun ispirat li jibgħat lis-Sorijiet Klarissi ta’ Lixandra xi donazzjoni jista’ jagħtiha lill-Madre Rose Therese Ellis, il-Madre tas-Sorijiet Klarissi fil-Monasteru ta’ San Ġiljan u hi tieħu ħsieb tibgħathielna. Tistgħu tikkuntattjawha fuq 21383341. L-indirizz huwa: Monasteru Santa Klara, Mikiel Anton Vassalli Road, San Ġiljan SGN 9040.
Jalla l-Mulej ibierek il-għotja tagħkom b’kotra ta’ grazzji fuqkom u fuq il-familji tagħkom! Aħna nżommukom fit-talb tagħna ta’ kuljum quddiem l-Ewkaristija u lanqas ma ninsew nitolbu għall-għeżież mejtin tagħkom.
Nispiċċa billi minn qalbi, f’isem ħuti s-Sorijiet Klarissi f’Lixandra, ngħidilkom grazzi ħierġa minn qalb mimlija mħabba u rikonoxxenza għalikom. Paċi u sliem!
|
|

Julia Farrugia tintervista lil Stephen Galea, il-kantant ta’ “Il-Merill Twitt Twitt”
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni Abela
- Catherine Fleri Soler
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|