MediaToday

Jiktbu l-kandidati | 05 ta’ April 2009 Nr 126

Mary Gauci - Libertas

Il-Libertas huwa moviment politiku pan-Ewropew dedikat biex joħloq Unjoni Ewropea ġdida, demokratika, responsabbli u miftuħa.
Biex nilħqu l-għan tagħna għall-Unjoni Ewropea hemm numru ta’ kandidati tal-Libertas li se joħorġu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew madwar l-Ewropa f’Ġunju tal-2009. Jekk trid li l-Unjoni Ewropea tkun aħjar għalik, allura tista’ tivvota għall-kandidat tal-Libertas.
Il-Libertas huwa l-uniku partit li hu għal kollox iffukat biex jagħmel l-Unjoni Ewropea aħjar għalik. Il-Libertas huwa l-uniku partit li huwa pan-Ewropew. Dan ifisser li meta int tivvota għal-Libertas tkun qed tivvota għall-Partit li jista’ jġib bidla ta’ veru bil-għan li jagħmel l-UE miftuħa u responsabbli aħjar, aktar milli tkun vuċi solitarja ta’ pajjiż wieħed minn 27.
Aħna nemmnu li l-Unjoni Ewropea għandha potenzjal mingħajr limitu. Hija waħda mill-aktar proġetti li rnexxiet fl-istorja tad-dinja. Iżda hija tilfet triqitha. Il-fundaturi tagħha kellhom il-ħsieb li din tkun Ewropa għan-nies u ta’ niesha. Il-Gvern tal-Unjoni, li xi darba kien onest u inklużiv, illum il-ġurnata sar irresponsabbli, ma jiħux pożizzjoni ċara u huwa kontra d-demokrazija. It-trattati li kienu proposti dan l-aħħar se jkomplu jkabbru l-ispazju bejn l-elitisti li jmexxu fi Brussell u l-popolin tal-Ewropa. U bl-aktar mod kundannabbli, meta dawk it-trattati ma ntlaqgħux mill-Franċiżi, mill-Olandiżi u mill-Irlandiżi, ir-rieda demokratika tan-nies kienet imwarrba.
Dan irid jinbidel. L-Unjoni Ewropea trid tiġi lura għal dak li kienet għal niesha.
Għal aktar informazzjoni agħmel kuntatt magħna: Libertas Malta, Realco Buildings, Triq Imħallef Paolo Debono, Msida (University Roundabout). Numru tat-telefon : 27201367, 21337300 jew email: malta@libertas.eu

 

Intervista
Mill-palk għal fuq l-altar

Julia Farrugia tintervista lil Stephen Galea, il-kantant ta’ “Il-Merill Twitt Twitt”




Wenzu Mintoff
Il-kotra qamet f’daqqa



Carmelo M. Bonnici
Populiżmu sproporzjonat



Joe Ellis
Il-presidenza u r-rwol li ġġorr magħha



Emmanuel Micallef
Kunsilli ġodda?



Toni Abela
Min huma dawn l-esperti?


Il-Punt - Catherine Fleri Soler
L-internet – għodda jew arma?


Jiktbu l-kandidati

Alan Deidun PN

John Spiteri – AN

Maria Camilleri - PL

Arnold Cassola– AD

John Zammit – AL

Mary Gauci - Libertas


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan