Jiktbu l-kandidati | 05 ta’ April 2009 Nr 126
Permezz tal-vot tiegħek int tagħżel min se jkollu nfluwenza fuq il-futur tiegħek u fuq il-ħajja ta’ kuljum ta’ 500 miljun Ewropew bħalek. Jekk dan kollu ma jinteressakx, żgur li se jinteressa lil xi ħaddieħor — u jiddeċiedi għalik min se jirrappreżentak fl-unika assemblea Pan-Ewropea eletta b’mod dirett. Il-Membri Parlamentari eletti jiffurmaw il-futur tal-Ewropa għall-ħames snin li ġejjin. Ikseb l-Ewropa li tixtieq! Jekk ma tivvutax wara tgergirx.
Għalhekk irridu nitgħallmu kif nivvutaw u mhux qisna qed nivvutaw għall-Parlament Malti. Il-Parlament Ewropew huwa differenti. Jiżbaljaw dawk li jippruvaw jivvutaw għall-partit tagħhom biss. Il-Maltin iktar ma jkollhom Membri Parlamentari mferrxa fi gruppi differenti iktar nistgħu nagħmlu lobbying f’iktar gruppi politiċi u nġibu aktar affarijiet għal Malta.
Jien, per eżempju, kont Labour u issa qed naħdem mal-Liberali u dawn bil-100 MEP li għandhom ngħidilhom jivvutaw ma’ tal-PES jew ma’ tal-EPP skont kif ikun jaqbel għal Malta.
U fejn jivvutaw sħabi tal-Liberali jaqleb il-vot għax bejn il-PES u l-EPP m’hemmx differenza kbira. Għalhekk Maltin ivvutaw b’moħħkom din id-darba. Id-darba l-oħra konna għadna ma nafux nivvutaw għax ħsibna li qed nivvutaw fil-Parlament Malti, għalkemm anke l-Parlament Malti għandu bżonn isir bħal dak Ewropew, b’iktar partiti u iktar ideat politiċi differenti.
Hawn se nkompli fil-qosor dwar parti oħra mill-manifest tal-ELDR u li jekk jien niġi elett ningħaqad magħhom. Dawn tistgħu żżiduhom mal-artiklu tal-Ħadd li għadda.
Il-politika tal-Ambjent u tal-Enerġija
L-isfida l-kbira tal-bidla fil-klima u tas-sigurtà tal-enerġija titlob azzjoni magħquda li tkun ġejja minn madwar l-Ewropa kollha. L-Ewropa għandu jkollha ekonomija effiċjenti li ma tantx tkun tuża karbonju u din twassal għal konservazzjoni, enerġija li tkun tista’ terġa’ tintuża u għodod għal suq kreattiv. Dawn kollha jwasslu għall-ħolqien ta’ xogħlijiet ġodda.
L-ELDR tisħaq li fil-programm ambjentali tal-Unjoni Ewropea, in-negozju jeħtieġ tnaqqis fix-xkiel amministrattiv u inċentivi li jistimulaw l-investiment f’tekniki li jtejbu dik l-ekonomija li ma tużax ħafna karbonju. L-ELDR tixtieq aktar investiment f’teknoloġiji li jipprovdu soluzzjonijiet, ħeffa u sigurtà miżjuda ta’ provvista ta’ enerġija.
L-ELDR tixtieq tifframmenta lill-industrija tal-enerġija biex tassigura t-trasparenza u taqdi l-interessi tal-konsumaturi. Tixtieq tiġbor flimkien il-politika tal-klima u tal-enerġija msejsa fuq tkabbir ekonomiku sostenibbli u li tipproteġi l-ambjent naturali: dan kollu biex teżerċita tmexxija dinjija.
L-ELDR b’ħeġġa jippromwovi riforma ambizzjuża għall-Politika Agrarja Komuni fi ħdan qafas multi-laterali (L-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ). Din ir-riforma se tagħti lill-bdiewa Ewropej iċ-ċans li jikkompetu f’suq ħieles u dinji u li juru responsabbiltà ambjentali f’xenarju fejn id-domanda għall-ikel qegħda tiżdied u li jidderieġu l-finanzjament għar-riċerka f’forom ta’ enerġija li jkunu jistgħu jiġġeddu, fosthom bio-karburanti ġodda u sostenibli, u li jiggarantixxu provvisti tal-ikel għal żmien twil. L-ELDR taqbel mat-tnaqqis gradwali tal-finanzjarja (budget) tal-CAP (Politika Agrarja Komuni) wara l-2013.
www.john-zammit.eu
|
|

Julia Farrugia tintervista lil Stephen Galea, il-kantant ta’ “Il-Merill Twitt Twitt”
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni Abela
- Catherine Fleri Soler
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|