MediaToday

Jiktbu l-kandidati | 05 ta’ April 2009 Nr 126

John Spiteri – AN

Il-PN jgħajjar lill-PL li għadu xettiku fuq “l-Ewropa” u l-LP jirribatti li dan mhux minnu – u saħansitra issa li difen l-kwistjoni tas-sħubija huwa iktar “Ewropew” u “progressiv” mill-PN. Dawn kollha kummiedji . Kliem bħal kredenzjali “Ewropej” u favur jew kontra l-“Ewropa” ma jfissru xejn mingħajr kuntest.
Għalhekk li wieħed jgħid li hu favur l-Ewropa ħija xi ħaġa banali. Malta, safejn naf jien, hi pajjiż Ewropew u ma nistax nifhem kif wieħed jista’ jkun kontra. Ara li tgħid li int kontra dak kollu li tirrappreżenta l-Ewropa, jiġifieri l-kultura u ċivilizzazzjoni tal-Punent imnissla mill-valuri nsara, iva dik nemminha u hawn ħafna fostna li jħaddnu dan it-twemmin.
Għalhekk qed nevitaw milli nistaqsu l-iktar mistoqsija importanti fid-dibattitu fuq l-Unjoni Ewropea u l-mistoqsija mhix jekk aħna għandniex inkunu barra jew ġewwa iżda x’forma ta’ Unjoni Ewropea rridu naraw.
Irridu, kif tixtieq l-Azzjoni Nazzjonali, nagħmlu parti minn sħubija ta’ pajjiżi sovrani li jaqsmu suq ħieles u deċiżjonijiet li huma ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-Istati membri? Jew irridu naraw Ewropa federali b’poteri dejjem iktar iċċentralizzati fejn Malta eventwalment tispiċċa mill-ġdid reġjun ta’ entità enormi?
Għalfejn qed ngħid dan? Għax fiż-żewġ partiti ewlenin issib esponenti taż-żewġ viżjonijiet iżda ħadd ma jaf x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-partit li jimmilitaw fih.
Jien m’għandix dubju li hawn Malta l-maġġoranza tal-Membri Parlamentari m’għandhomx idea għalxiex ivvutaw għax kieku kienu jafu ma kinux jirratifikaw dan it-trattat f’temp ta’ ftit sigħat mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-poplu li suppost qed jirrappreżentaw.
Liema politiku responsabbli jirratifika trattat li fih klawsola li hija ‘self amending’ – jiġifieri li l-Unjoni tista’ fil-futur tassumi poteri ġodda mingħajr il-bżonn ta’ ratifikazzjoni mill-Istati membri? Iva, sewwa qed taqra – dak li fih it-Trattat ta’ Lisbona.
Azzjoni Nazzjonali ppruvat tiftaħ għajnejn in-nies iżda ż-żewġ partiti l-kbar biex juru kemm huma ‘Ewropej’ ma ħassewx il-bżonn li javżawkom. Hekk spiċċajtu – sefturi tas-‘servjenti’ tagħkom. S’issa, temporanjament l-Irlanda u mhux il-politiċi tagħna, salvatna minn dan id-destin, u nitolbu lil Alla li terġa’ tagħmel hekk meta jerġgħu jkollhom jivvutaw iktar tard din is-sena.
Azzjoni Nazzjonali hi l-uniku partit li jemmen li s-sovranità tal-poplu Malti qatt m’għandha titnaqqar mingħajr il-kunsens tiegħu. F’għajnejna r-ratifikazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, minkejja li għall-avukati huwa legali, għal kull min għadu jemmen fid-demokrazija, jibqa’ illeġittimu.

 

Intervista
Mill-palk għal fuq l-altar

Julia Farrugia tintervista lil Stephen Galea, il-kantant ta’ “Il-Merill Twitt Twitt”




Wenzu Mintoff
Il-kotra qamet f’daqqa



Carmelo M. Bonnici
Populiżmu sproporzjonat



Joe Ellis
Il-presidenza u r-rwol li ġġorr magħha



Emmanuel Micallef
Kunsilli ġodda?



Toni Abela
Min huma dawn l-esperti?


Il-Punt - Catherine Fleri Soler
L-internet – għodda jew arma?


Jiktbu l-kandidati

Alan Deidun PN

John Spiteri – AN

Maria Camilleri - PL

Arnold Cassola– AD

John Zammit – AL

Mary Gauci - Libertas


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan