Aħbarijiet | 15 ta’ Marzu 2009 Nr 124
Ikkuntattjawna xi ġenituri ta’ tfal li jmorru l-iskola f’Pembroke jilmentaw li l-piż li jkollhom iġorru wliedhom fil-backpack kull jum jista’ jkun li qiegħed jikkawżalhom ħsara f’daharhom. Il-piż hu kbir wisq għat-tfal. Qalulna li diversi tfal qegħdin imorru regolarment għand it-tobba minħabba deformazzjoni f’daharhom.
Biex ninvestigaw każ bħal dan kif jixraq kien ikollna neżaminaw il-qagħda f’iżjed minn skola waħda.
Minflok għażilna li nippubblikaw xi ħwejjeġ utli għall-ġenituri li jistgħu jkunu mħassba u biex inħeġġuhom jaħdmu flimkien biex titjieb il-qagħda ta’ uliedhom jekk ikun il-każ.
1. Bħala regola ġenerali l-backpack m’għandux ikun ta’ piż akbar minn kwart tal-piż ta’ min se jġorru. Tajjeb li wieħed jgħodd li tfal li jbatu minn ħxuna żejda (obesità) m’għandhomx iġorru kwart tal-piż tagħhom iżda ħafna anqas.
2. Biex il-piż jinġarr sew il-backpack imissu jkollu żewġ ċineg u għandhom jintlibbsu t-tnejn li huma. F’każ ta’ backpack tqil dan għandu jkollu qafas li jipprotegi d-dahar minn oġġetti skomdi u ċinga mal-qadd li tgħin biex l-akbar piż jinġarr mill-ġenbejn. Iċ-ċineg għandhom ikunu ssikkati b’mod li meta jintlibes il-backpack ma jiddendilx mad-dahar iżda jintrefa xi 5 cm ’l fuq mill-qadt.
3. Jista’ jintuża backpack bir-roti fejn hu possibbli. Tinħoloq diffikutà meta tfal ikollhom jitilgħu xi taraġ biex jaslu għall-klassi.
4. F’ħafna skejjel jiġi pprovdut locker biex dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom jifilhu jħallsu għall-żewġ settijiet ta’ kotba jkunu jistgħu jiffrankaw li jġorru ħafna piż żejjed minn u lejn id-dar.
5. Bi qbil mal-għalliema jista’ jiġi ffrankat ħafna piż billi minflok files goffi x-xogħol tat-tfal jinġarr elettronikament jew f’pen-drive jew bl-e-mail.
6. Ġenituri li jkunu mħassba għandhom jaħdmu ma’ ġenituri oħra biex jiksbu l-kooperazzjoni tagħhom meta jitressqu lmenti bħal dawn lill-amministrazzjoni tal-iskola.
|
|

Charlot Zahra jintervista lil Michael Falzon, l-eks-Deputat Mexxej Laburista
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Harry Vassallo
- Mary Anne Zammit
Bernard Cauchi u Michael Grech
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|