MediaToday

Jiktbu l-kandidati | 15 ta’ Marzu 2009 Nr 124

Yvonne Ebejer Arqueros — AD

Nixtieq li f’dawn l-aħħar ġimgħat għall-elezzjoni almenu l-Alternattiva tibqa’ żżomm l-attitudni pożittiva tagħha u l-impenn biex tipproponi argumenti kostruttivi u l-mod kif hi tara li Malta għandha timxi ’l quddiem fl-Ewropa.
Dan qed ngħidu għaliex, bħas-soltu, lejn l-aħħar tal-kampanja, xi partiti jbiddlu l-gear u jidħlu għal tattika kumplessa li għandha mit-tmaqdir distruttiv, it-tfigħ tat-tajn u s-sempliċi opportuniżmu politiku.
F’din it-tiġrija bejnietna l-kritika hija l-ingredjent ewlieni u l-konfront tal-ideat iseħħ meta nħabbtu rasna ma’ xulxin u min jispjega l-aħjar u jagħti l-aktar viżjoni konvinċenti jitla’ u fl-aħħar jirbaħ.
Madankollu, bħalma ġara qabel, ninduna li l-Alternattiva tispiċċa wkoll il-mira ta’ ċerti attentati biex tiġi inġustament skreditata u minn xi ġimgħat ’il hawn bdejna nisimgħu l-ewwel diwi mbiegħed dwar x’kieku jagħmel MEP tal-Alternattiva u ma’ min jitħabbeb fil-Parlament Ewropew. Rajna wkoll l-bidu ta’ ġlidiet bejn il-kandidati li jispiċċaw jaqgħu fil-personali u jitkellmu fuq kollox lil hinn mill-politika. Jew inkella, il-makni tal-partiti li jaqbdu ma’ tentufiet żgħar li minnhom jibnu argumenti fittizji sħaħ li, b’xorti ħażina, għandhom mit-tajn, għax jafu jeħlu.
F’din l-elezzjoni din ħaġa faċli biex tagħmilha għaliex, ngħidu x’ngħidu, l-Ewropa spiss hi mbiegħda minna, u mhux lakemm tifhimha kif ġieb u laħaq. Meta nisma’ l-akkużi dwar kif ivvota wieħed u l-ieħor inħoss li kemm-il darba nkunu qed nidħku bin-nies għaliex il-proċess tant kumpless tat-tfassil u l-proposti tal-liġijiet ma jistax jiġi ridott għal inċidenti żgħar li jseħħu tul dan il-proċess.
Jekk, pereżempju, nieħdu l-każ tal-priġunieri ta’ Guantanamo, hemm min qabad u daħħal lill-Ħodor fil-Kredu u tidħak tisma’ min jaqbad u jiddeċiedi x’kieku nagħmlu aħna tal-Alternattiva meta nkunu fil-Parlament Ewropew. Allaħares aħna ngħidu kull darba li l-EPP jew il-PES ivvutaw kontra l-interessi l-kbar taċ-ċittadini Maltin, jew inkella meta ssieħbu ma’ ħbieb li ma tantx tista’ tafdahom.
L-istess għad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol. Bħal ma l-MEPs Maltin kollha vvutaw kontriha għax tmur kontra l-interessi tal-ħaddiema Maltin, u bħalma l-MEPs Laburisti marru kontra l-partit Ewropew tagħhom stess, l-istess konna nagħmlu aħna, minkejja li l-Ħodor ma kinux ta’ din il-fehma.
Li tkun fil-Parlament Ewropew għandu jkun eżerċizzju ta’ realiżmu li jmur lil hinn mill-ideoloġija, speċjalment għal pajjiż żgħir bħal tagħna bil-ħtiġijiet partikolari tiegħu. Niftakar fl-aħħar slogan tal-Alternattiva għall-kampanja Ewropea li għaddiet – Għall-pajjiż, mhux għall-partit- u nintebaħ kemm din hija l-idea fundamentali li dejjem mexxiet il-parteċipazzjoni tagħna fil-politika Ewropea.
Naħseb din hija aħbar tajba għal kull min se jivvota, u l-aktar għal kull min għadu ma jafx fejn se jixħet il-polza. L-Alternattiva bid-dikjarar iżżomm l-ewwel ma’ pajjiżha u mbagħad, ħafna iktar tard, mal-familja politika tagħha. L-aktar għaliex konxja mill-partikolaritajiet ta’ Malta, fl-oqsma kollha, mir-realtà ekonomika sar-realtà ta’ għadd ta’ prinċipji u valuri li tħaddan il-maġġoranza tal-poplu.

 

Intervista
Id-dispjaċiri ta’ Michael Falzon sena wara

Charlot Zahra jintervista lil Michael Falzon, l-eks-Deputat Mexxej Laburista


Editorijal
Grazzi, Lino



Wenzu Mintoff
Diżordni soċjali



Carmelo M. Bonnici
Ġustizzja riparatriċi



Joe Ellis
Il-Maltin fl-Alġerija u l-immigranti llegali



Emmanuel Micallef
It-trawma tas-sensji



Harry Vassallo
Obama jrażżan lil-lobbyists


Il-Punt - Mary Anne Zammit
Il-mara kemm tikkontribwixxi fid-dinja tax-xogħol?


Il-prinċipju ta’ KajinBernard Cauchi u Michael Grech


Jiktbu l-kandidati

John Spiteri – AN

Alan Deidun - PN

Yvonne Ebejer Arqueros — AD

John Zammit — ALDM

Steve Borg - PL


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan