MediaToday

Aħbarijiet | 08 ta’ Marzu 2009 Nr 123

Suq tat-tfal

Madwarna f’Malta permezz tal-internet hemm min jieħu sehem fis-suq moqżież tal-pornografija pedofila. Din hi realtà xejn virtwali għall-vittmi tagħha u lanqas mhi b’xejn.
Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fit-3 ta’ Marzu, Telefono Arcobaleno, organizzazzjoni indipendenti li tiġġieled lil dan il-fenomenu madwar id-dinja, ħabbret it-tnedija ta’ website ġdid www.inthefrontline.org li tagħti tagħrif dwar il-qagħda preżenti.
Il-fatti mhumiex inkoraġġanti: fi 13-il sena ta’ ħidma Telefono Arcobaleno ġabret prova ta’ 20 biljun ċaqliq online ta’ 1.7 miljun stampa pornografika li huma xhieda ta’ moħqrija lil 36,149 tifel u tifla, 42 fil-mija minnhom taħt is-seba’ snin u 77 fil-mija minnhom taħt id-disa’ snin.
“Anqas minn 1 fil-mija tal-vittmi ta’ dan l-abbuż ma jistabu u għalhekk hemm bżonn ta’ sforzi ħafna akbar biex jiġu identifikati u jingħataw il-kura li għandhom bżonn,” stqarr Giovanni Arena, il-fundatur tal-organizzazzjoni.

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan