Aħbarijiet | 08 ta’ Marzu 2009 Nr 123
Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt
Il-masġar li se jsir b’tifkira tad-Deputat Parlamentari Laburista Karl Chircop se jsir fid-daħla ta’ Santa Luċija, fiż-żona magħrufa bħala “il-Girna”. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-masġar se ssir is-Sibt, 25 ta’ April fid-9.30 a.m.
Id-deċiżjoni tħabbret ftit tal-jiem ilu mill-ispeċjalista Chris Fearne li huwa l-Maniġer tad-“Dr Karl Chircop Memorial Fund”, il-fond li twaqqaf bil-għan li jiġbor il-fondi meħtieġa biex ikun jista’ jsir dan il-masġar.
Chircop, li miet fl-età ta’ 43 sena f’Ottubru wara li sofra minn emoraġija tal-moħħ fit-3 ta’ Awwissu, kien magħruf bħala dilettant kbir tal-pjanti u n-natura tant li kull nhar ta’ Ħadd kien iżur in-nurseries tal-fjuri.
Fis-sit imwaqqaf fuq il-Facebook biex jagħti pubbliċità lill-Fond, il-promoturi kienu qalu: “Karl Chircop kien tabib kariżmatiku, maħbub sew u ta’ suċċess, barra li kien politiku kuxjenzjuż. Sfortunatament huwa miet f’età żgħira u n-nuqqas tiegħu jinħass sew minn kulħadd.
“Dan il-fond twaqqaf minn xi uħud mill-kollegi tiegħu fil-professjoni medika bil-għan li jinġabru donazzjonijiet minn dawk kollha li jixtiequ li huwa jkun imfakkar matul is-snin li ġejjin.
“Id-dħul minn dan il-fond se jmorru biex jinżera’ masġar biex ifakkar lill-ħabib tagħna Karl,” kienu ddikjaraw il-promuturi tal-Fond.
Is-sitt promuturi kienu Chris Fearne, Gordon Caruana Dingli, Deo Debattista, Joseph Debono, Victor Grech u Philip Sciortino.
Skont l-istatut tal-Fond il-post fejn se jsir il-masġar ġie deċiż mill-promoturi f’konsultazzjoni ma’ Adriana, l-armla ta’ Karl Chircop.
Il-fondi miġbura mill-fond qed jintużaw biex jinxtraw is-siġar, jitħawlu u jitmantnew fl-ewwel ħames snin tal-masġar.
Il-għan tal-promuturi tal-fond kien li dan il-masgar u plakka kommemorattiva fl-istess masġar ikunu jistgħu jsiru fi żmien sitt xhur mit-twaqqif tal-Fond fit-22 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra.
S’issa nġabru aktar minn €2,400 biex isir il-masġar fejn kien hemm aktar minn 930 persuna li ssieħbet fuq is-sit tal-Facebook.
Chricop kien ġie ddikjarat klinikament mejjet fit-12 ta’ Ottubru wara li dam aktar minn xahrejn fin-National Hospital for Neurology and Neurosurgery f’Londra.
Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni biex jitwaqqaf il-masġar jistgħu jibagħtu ċekk lil: “Dr Karl Chircop Memorial Fund,” c/o Malta Institute for Medical Education (MIME), Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta” jew jiddepożitaw is-somma fi kwalunkwe fergħa tal-Bank of Valletta (BOV) fil-kont bankarju 40017670658.
Għal aktar tagħrif dwar il-Fond wieħed għandu jibgħat email fuq plantatree@maltime.com.
|
|

Harry Vassallo jintervista lil Vince Farrugia, kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni Abela
- Giovanna Debono
- Bernard Cauchi u Michael Grech
Jiktbu l-kandidati
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|